Dokument ta' sessjoni

 

A8-0255/2017

14.7.2017

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

( COM(2016)0850 – C8‑0158/2017 – 2016/0360B(COD) )

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Peter Simon

PR_COD_1consamCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI  12

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  13

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

( COM(2016)0850 – C8‑0158/2017 – 2016/0360B(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2016)0850 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0158/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikajara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' ... ,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Marzu 2017[1],

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta' Mejju 2017 li tawtorizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji li jaqsam il-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u li jħejji żewġ rapporti leġiżlattivi separati fuq il-bażi tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ( A8-0255/2017 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[2]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2016/0360B(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar l-arranġamenti tranżizzjonali biex jittaffa l-impatt fuq il-fondi proprji tal-introduzzjoni tal-IFRS9 u t-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta' ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati f'muniti mhux domestiċi tal-Istati Membri

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

 

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[3],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  ▌L-applikazzjoni tal-provvediment għat-telf ta' kreditu mistenni introdott mill-istandard internazzjonali tal-kontabbiltà rivedut dwar strumenti finanzjarji, l-"IFRS9", tista' twassal għal tnaqqis sinifikanti f'daqqa fil-proporzjonijiet kapitali tal-istituzzjonijiet. Billi l-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) attwalment qed jikkunsidra t-trattament regolatorju tal-kapital fuq żmien twil għal dispożizzjonijiet għal telf mistenni u biex jiġi evitat effett detrimentali mhux iġġustifikat fuq is-self minn istituzzjonijiet ta' kreditu, jenħtieġ li jiġu introdotti arranġamenti tranżitorji xierqa sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jikkumpensaw għall-impatt negattiv sinifikanti potenzjali fuq il-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jirriżulta minn telf ta' kreditu mistenni li jammonta matul il-perjodu ta' tranżizzjoni ddeterminat mill-introduzzjoni tal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà riveduti.

(2)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ottubru 2016, il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm introduzzjoni gradwali progressiva ta' mekkaniżmu li jtaffi l-impatt tal-mudell ta' indeboliment il-ġdid tal-IFRS9.

(3)  L-istituzzjonijiet għandhom jibbenefikaw minn perjodu ta' tranżizzjoni gradwali ta' tul ta' żmien massimu ta' ħames snin. F'konformità mal-Istandard dwar it-trattament regolatorju ta' dispożizzjonijiet tal-kontabbiltà - approċċ interim u arranġamenti tranżitorji ta' Marzu 2017 mill-BCBS, l-impatt tad-dispożizzjonijiet dwar it-telf ta' kreditu mistenni fuq il-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jenħtieġ li ma jitneħħiex għalkollox matul il-perjodu tranżitorju.

(4)  Bħala alternattiva, jenħtieġ li jkun possibbli għall-istituzzjonijiet li jistabbilixxu l-arranġamenti tranżitorji għall-introduzzjoni tal-IFRS9. Meta jiddeċiedu li ma jagħmlux dan, bħala regola ġenerali, jenħtieġ li ma jkunx possibbli għalihom li aktar tard japplikaw tali arranġamenti. Madankollu, wara l-ewwel perjodu ta' rapportar tal-perjodu tranżitorju u soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li, fuq bażi ta' darba, ikollhom il-possibbiltà li jemendaw dik id-deċiżjoni u li japplikaw l-arranġamenti tranżitorji għall-bqija tal-perijodu tranżitorju.

(5)  Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżvelaw pubblikament il-proporzjonijiet kapitali tagħhom kif ukoll il-proporzjonijiet ta' ingranaġġ tagħhom kemm bl-applikazzjoni tal-arranġamenti tranżitorji tal-IFRS 9 speċifikati f'dan ir-Regolament, kif ukoll mingħajrha, sabiex il-pubbliku jkun jista' jiddetermina l-impatt ta' dawk l-arranġamenti fuq dawk il-proporzjonijiet. Meta istituzzjoni tiddeċiedi li ma tapplikax l-arranġamenti tranżizzjonali, jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa tiżvela l-effett tagħhom.

(6)  ▌Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  ▌L-Artikolu 473a ġdid li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 473:

"Artikolu 473a

Introduzzjoni tal-IFRS 9

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2022, l-istituzzjonijiet li jħejju l-kontijiet tagħhom f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, u l-istituzzjonijiet li huma meħtieġa skont l-Artikolu 24(2) ta' dan ir-Regolament li jwettqu l-valutazzjoni tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u d-determinazzjoni tal-fondi proprji f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà, jistgħu, permezz ta' deroga mill-Artikolu 50 ta' dan ir-Regolament, iżidu mal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tagħhom l-ammont applikabbli skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu multiplikat bil-fattur applikabbli stabbilit fil-paragrafu 4.

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun l-ikbar wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  żero

(b)  l-ammont ta' wara t-taxxa kkalkulat skont il-punt (i) imnaqqas bl-ammont ikkalkulat skont il-punt (ii):

(i)  is-somma tat-tnax-il xahar ta' telfiet ta' kreditu mistennija ddeterminata skont il-paragrafu 5.5.5 tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2067 u l-ammont ta' tnaqqis għal telf għal telfiet mistennija matul il-ħajja ddeterminat skont il-paragrafu 5.5.3 tal-Anness għal dak ir-Regolament għall-assi finanzjarji li mhumiex indeboliti fil-kreditu kif iddefinit fl-Appendiċi A tal-IFRS 9 mid-data tar-rapportar;

(ii)  l-ammont totali ta' telfiet minn indeboliment fuq self u riċevibbli, investimenti miżmuma sal-maturità disponibbli għall-bejgħ tal-assi, għajr strumenti ta' ekwità u unitajiet jew ishma f'impriżi ta' investiment kollettiv, iddeterminati skont il-paragrafi 63, 64, 65, 67 u 68 tal-IAS 39 adottati fl-Unjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 fil-31 ta' Diċembru 2017 jew fil-jum li jiġi qabel l-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, imnaqqas bl-ammont totali ta' tnaqqis għat-telfiet mistennija matul il-ħajja ta' assi finanzjarji danneġġati fil-kreditu ddeterminat skont il-paragrafu 5.5.3 tal-Anness għar-Regolament ▌(UE) Nru 2016/2067 fl-1 ta' Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9.   

3.  Għall-assi finanzjarji li huma skoperturi soġġetti għal ponderazzjoni tar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-ammont ta' telf ta' kreditu mistenni għal assi mhux inadempjenti kkalkulat skont il-punt (b)(i) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu bl-ammonti ta' telf mistennija kkalkulati skont l-Artikolu 158(5), (6) u (10). Fejn it-tnaqqis jirriżulta f'ammont negattiv, dan għandu jiġi kkalkolat bħala żero.

4.  Fil-kalkolu tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, japplikaw il-fatturi li ġejjin:

(a)  0,9 fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018;

(b)  0,8 fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019;

(c)  0,6 fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020;

(d)  0,4 fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021;

(e)  0,2 fil-perjodu mill-1 ta Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2022.

L-istituzzjonijiet li kienu ddeċidew li ma jdaħħlux fis-seħħ l-arranġamenti tranżitorji stipulati f'dan l-Artikolu għall-ewwel perjodu ta' rrappurtar kif inhu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jiddeċiedu li jdaħħlu dawk l-arranġamenti fis-seħħ għall-perjodi sussegwenti kif imsemmi fil-punti (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu, soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti.

5.  Fejn istituzzjoni żżid ammont mal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tagħha skont il-paragrafu 1, hija għandha tikkalkula mill-ġdid l-entrati li ġejjin billi ma tikkunsidrax l-effetti li d-dispożizzjonijiet għat-telf tal-kreditu mistennija li inkludiet fil-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tagħha fuq dawn l-entrati:

(a) l-ammont ta' assi ta' taxxa differita li jitnaqqas mill-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 skont il-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jew ir-riskju ponderat skont l-Artikolu 48(4);

(b) il-valur tal-iskopertura ddeterminat skont l-Artikolu 111(1) għal assi li huma skoperturi li għalihom l-ammonti ta' skoperturi ponderati skont ir-riskju huma kalkulati f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.

L-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu li bihom għandu jitnaqqas il-valur tal-iskopertura għandhom jiġu multiplikati bil-fattur ta' skalar (sf) li ġej:

sf=1-AB/RA

fejn:

AB = l-ammont ta' wara t-taxxa kkalkulat f'konformità mal-paragrafi 1 u 2;

RA= l-ammont totali ta' wara t-taxxa tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu.

(c) l-ammont ta' entrati ta' Grad 2 ikkalkulat skont il-punt (d) tal-Artikolu 62;

L-istituzzjoni għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li jużaw l-entrati elenkati fl-ewwel subparagrafu bħala input.

6.  Matul il-perjodu stipulat fil-paragrafu 1, minbarra li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-Parti Tmienja suġġetta għal dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw u jirrapportaw il-valuri ta' fondi proprji, il-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, il-kapital ta' Grad 1, il-proporzjon tal-kapital ta' Grad 1, il-proporzjon totali tal-kapital u l-proporzjon ta' ingranaġġ li kien ikollhom f'każ li ma applikawx dan l-Artikolu.

F'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA għandha toħroġ linji gwida sa [it-30 ta' Ġunju 2018] dwar ir-rekwiżiti ta' żvelar stipulati f'dan l-Artikolu.'.

(2)  Fl-Artikolu 493 ▌jiżdiedu l-paragrafi ▌li ġejjin:

’4. B'deroga mill-Artikolu 395(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet iġarrbu kwalunkwe skopertura mill-iskoperturi previsti fil-paragrafu 5 li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, sal-limiti massimi li ġejjin:

(a)  100% tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2018;

(b)  75% tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2019;

(c)  50% tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2020;

Il-limiti massimi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-valuri tal-iskopertura wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 399 sa 403.

5. It-trattament stabbilit fil-paragrafu 4 għandu japplika għall-iskoperturi li ġejjin:

(a) entrati ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;

(b) entrati ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet li jkollhom il-garanziji espliċiti ta' gvernijiet ċentrali, banek ċentrali jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;

(c) skoperturi oħra attribwibbli għal gvernijiet ċentrali, banek ċentrali jew entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri, jew iggarantiti minnhom;

(d) entrati ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq awtoritajiet reġjonali jew lokali tal-Istati Membri trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f'konformità mal-Artikolu 115(2);

(e) skoperturi oħra għal gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri, jew iggarantiti minnhom, trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f'konformità mal-Artikolu 115(2).

Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, it-trattament stabbilit fil-paragrafu 4 għandu japplika biss għal entrati ta' assi u skoperturi oħra għal entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, li jkunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern ċentrali, awtorità reġjonali jew lokali f'konformità mal-Artikolu 116(4). Fejn l-entrati ta' assi u skoperturi oħra għall-entitajiet tas-settur pubbliku, jew iggarantiti minnhom, ikunu ttrattati bħala skoperturi għal gvern reġjonali jew awtorità lokali f'konformità mal-Artikolu 116(4), it-trattament skont il-paragrafu 4 għandu japplika biss fejn l-iskoperturi għal dak il-gvern reġjonali jew awtorità lokali jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali f'konformità mal-Artikolu 115(2).

6.  It-trattament stabbilit fil-paragrafu 4 għandu japplika biss fejn skopertura msemmija fil-paragrafu 5 tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-iskopertura tiġi allokata ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % skont l-Artikolu 495(2) fil-verżjoni applikabbli tagħha qabel l-1 ta' Jannar 2018;

(b) l-iskopertura tkun iġġarrbet fi jew wara ...[id-data tal-adozzjoni għandha tiżdied meta t-test jiġi ppubblikat].

7.  Skopertura kif imsemmija fil-paragrafu 5 mġarrba qabel... [id-data tal-adozzjoni għandha tiżdied meta t-test jiġi ppubblikat] li għaliha ġiet allokata ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % fil-31 ta' Diċembru 2017 skont l-Artikolu 495(2), għandha tiġi eżentata mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1)."

▌

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

 

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

 

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar l-arranġamenti tranżizzjonali biex jittaffa l-impatt fuq il-fondi proprji tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 u t-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta' ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati f'muniti mhux domestiċi tal-Istati Membri

Referenzi

COM(2016)0850 – C8-0158/2017 – 2016/0360B(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

31.5.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Peter Simon

11.4.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.6.2017

11.7.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

11.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Othmar Karas, Wajid Khan, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn, Andrea Cozzolino, Ramón Jáuregui Atondo, Thomas Mann, Joachim Starbatty, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

14.7.2017

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ALDE

Petr Ježek, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck, Cora van Nieuwenhuizen

ECR

Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Joachim Starbatty, Kay Swinburne

ENF

Gerolf Annemans, Bernard Monot

PPE

Burkhard Balz, Brian Hayes, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Dariusz Rosati, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere, Esther de Lange

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Ramón Jáuregui Atondo, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alfred Sant, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

 

11

-

EFDD

David Coburn, Marco Valli

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Fabio De Masi, Marisa Matias, Dimitrios Papadimoulis, Miguel Viegas

Verts/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

 

0

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

 

 

[1]   Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
[2]* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
[3]  ĠU, C , , p. .
[4]  ĠU C , , p. .