Dokument ta' sessjoni
14.9.2017
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd
( COM(2017)0424 – C8-0239/2017 – 2017/0190(COD) )
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Alain Cadec
(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_COD_1app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari) (It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 6
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI 8
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd
( COM(2017)0424 – C8-0239/2017 – 2017/0190(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2017)0424 ),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0239/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd ( A8-0285/2017 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013[1] introduċa l-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal-istokkijiet li għalihom hemm limiti tal-qbid jew daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni. Il-metodi ta' implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art iridu jiġu ddefiniti fi pjanijiet ta' ġestjoni reġjonali pluriennali adottati permezz tal-kodeċiżjoni. Minħabba li l-adozzjoni tal-pjanijiet pluriennali kienet mistennija li tieħu xi ftit żmien, madankollu, bħala soluzzjoni temporanja r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi l-adozzjoni ta' atti delegati tal-Kummissjoni li jistabbilixxu pjanijiet għall-ħut skartat, li jkunu validi għal mhux aktar minn tliet snin, imfassla fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni konġunta maħruġa mill-Istati Membri kkonċernati. Il-pjanijiet għall-iskartar jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sajd jew speċijiet li għalihom japplika diġà l-obbligu ta' ħatt l-art u jistgħu jipprovdu, b'mod partikolari, għal eżenzjonijiet de minimis abbażi ta' rati ta' soppravivenza għoljin u jinkludu dispożizzjonijiet dwar id-dokumenti ta' qbid u, fejn xieraq, l-iffissar ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.
L-ewwel Regolamenti delegati tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-pjanijiet għall-iskartar daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015 u se jiskadu fi tmiem l-2017. Il-pjanijiet pluriennali għandhom jintużaw biex jinkiseb l-għan ta' sfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u għandhom ikunu jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta' setturi differenti tas-sajd u jkun fihom is-setgħat meħtieġa għall-adozzjoni ta' atti delegati li jkunu jinkludu l-flessibbiltajiet l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni bla xkiel tal-obbligu ta' ħatt l-art. Konsegwentement, wara l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta' tliet snin, il-Kummissjoni biss ikollha s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu esklussivament eżenzjonijiet de minimis.
Sal-ġurnata tal-lum, hemm biss fis-seħħ il-pjan pluriennali għall-Baltiku[2], filwaqt li żewġ proposti tal-Kummissjoni dwar pjan pluriennali għall-ħut tal-qiegħ fil-Baħar tat-Tramuntana u għall-ħut pelaġiku ż-żgħir fl-Adrijatiku bħalissa qed jiġu nnegozjati bejn il-koleġiżlaturi[3].
Il-kontenut tal-proposta
Qed jiġi propost li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta pjanijiet għall-iskartar għal perjodu totali massimu ta' tliet snin oħra, biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur jilqa' din il-proposta, li għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art sakemm jiġu adottati l-pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali reġjonali.
Ir-rapporteur tagħkom jipproponi l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni bi proċedura simplifikata b'konformità mal-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu | Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd | |||
Referenzi | COM(2017)0424 – C8-0239/2017 – 2017/0190(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 11.8.2017 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | PECH 11.9.2017 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra | Alain Cadec 12.7.2017 |
|
|
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni | 12.7.2017 | |||
Eżami fil-kumitat | 30.8.2017 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 30.8.2017 |
|
|
|
Data tat-tressiq | 14.9.2017 | |||