Dokument ta' sessjoni
27.9.2017
*
RAPPORT
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija
(10161/2017 – C8‑0224/2017 – 2017/0808(CNS) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra
PR_NLE-CN_LegAct_app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni
It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.
L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.
Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat
Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 6
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI 7
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI 8
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija
(10161/2017 – C8‑0224/2017 – 2017/0808(CNS) )
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10161/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0224/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0286/2017 ),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta ta' Deċiżjoni tal-Kunsill għandha l-għan li tagħti lill-Bulgarija u r-Rumanija aċċess passiv għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u, f'konformità mal-ftehim milħuq mill-koleġiżlaturi fuq abbozz ta' Regolament li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ, hi prekundizzjoni għall-applikazzjoni tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ għal dawk l-Istati Membri. Għalhekk, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament japprova l-abbozz ta' test tal-Kunsill mingħajr emendi sabiex jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipproċedu b'ħeffa bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu | Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija | |||
Referenzi | 10161/2017 – C8-0224/2017 – 2017/0808(CNS) | |||
Data meta ġie kkonsultat il-PE | 30.6.2017 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 6.7.2017 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra | Agustín Díaz de Mera García Consuegra 31.8.2017 |
|
|
|
Diskussjoni fil-kumitat | 7.9.2017 | 25.9.2017 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 25.9.2017 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 36 3 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Barbara Kudrycka, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Nicolas Bay, Gérard Deprez, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Morten Helveg Petersen, Salvatore Domenico Pogliese, Jaromír Štětina, Axel Voss | |||
Sostituti skont l-Artikolu 200(2) preżenti għall-votazzjoni finali | Daniel Buda, André Elissen, Eugen Freund, Gabriel Mato, Martina Werner, Carlos Zorrinho | |||
Data tat-tressiq | 27.9.2017 | |||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
36 | + |
ALDE | Gérard Deprez, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström |
ECR | Monica Macovei, Helga Stevens |
EFDD | Kristina Winberg |
GUE/NGL | Marie-Christine Vergiat |
PPE | Heinz K. Becker, Michał Boni, Daniel Buda, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Gabriel Mato, Nuno Melo, Salvatore Domenico Pogliese, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský |
S&D | Monika Beňová, Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Eugen Freund, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Martina Werner, Carlos Zorrinho |
Verts/ALE | Bodil Valero |
3 | - |
ENF | Nicolas Bay, André Elissen, Auke Zijlstra |
0 | 0 |
|
|
Tifsira:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni