Dokument ta' sessjoni
12.10.2017
RAPPORT
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u li jżid ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR) wara r-reviżjoni tar-regolament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali
(12441/2017 – C8‑0351/2017 – 2017/2135(BUD) )
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Jens Geier
PR_BUD_DABapp
WERREJ
Paġna
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 3
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 li jipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u li jżid ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR) wara r-reviżjoni tar-regolament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali
(12441/2017 – C8‑0351/2017 – 2017/2135(BUD) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat fl-1 ta' Diċembru 2016[2],
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[3] (Regolament QFP),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2017/1123 tal-20 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[4],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[5],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[6],
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 5/2017, adottat mill-Kummissjoni fit-28 ta' Lulju 2017 ( COM(2015)0485 ),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017, adottata mill-Kunsill fl-10 ta' Ottubru 2017 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fil-XXX (12441/2014 – C8-0351/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits ( A8-0301/2017 ),
A. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 għandu l-għan li jipprovdi finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) wara l-adozzjoni tal-bażi ġuridika relatata, u li jirrifletti fil-baġit ġenerali 2017 l-eżitu tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tar-Regolament dwar il-QFP fir-rigward taż-żieda fl-ammont annwali tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR) minn EUR 280 miljun għal EUR 300 miljun fil-prezzijiet tal-2011;
B. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 jipprevedi EUR 275 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-EFSD, li għandhom ikunu koperti bis-sħiħ permezz ta' mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà, minħabba n-nuqqas ta' marġini taħt il-limitu massimu ta' impenn fl-Intestatura 4 (Ewropa Globali);
C. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 jipprevedi fl-istess ħin tnaqqis bl-ammont ta' EUR 275 miljun tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fi ħdan il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) taħt l-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza), hekk kif mistennija sottoimplimentazzjoni kkawżata mid-dewmien fl-adozzjoni tal-bażijiet ġuridiċi u dewmien fl-ipprogrammar;
D. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 jipprevedi wkoll ammont addizzjonali ta' EUR 22,8 miljun (fi prezzijiet attwali) f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-EAR, li jirrifletti r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tar-Regolament dwar il-QFP;
E. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017 hu akkumpanjat minn proposta għal deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex tipprovdi l-finanzjament għall-EFSD ( COM(2017)0480 ) għal ammont ta' EUR 275 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament fl-Intestatura 4;
F. billi, fi ħdan il-proċedura baġitarja 2017, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni titlob l-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-finanzjament tal-EFSD f'baġit emendatorju hekk kif tiġi adottata l-bażi ġuridika, u impenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr l-abbozz ta' baġit emendatorju għall-2017 imressaq mill-Kummissjoni;
1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017, kif imressaq mill-Kummissjoni;
2. Jilqa' l-adozzjoni f'waqtha u d-dħul fis-seħħ tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli u jappella għall-implimentazzjoni rapida tiegħu, b'rispett sħiħ tar-regoli u l-prijoritajiet stabbiliti mil-leġiżlatur u b'attenzjoni partikolari għad-dispożizzjonijiet ta' responsabbiltà tiegħu;
3. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tippermetti l-finanzjament tal-EFSD permezz ta' Strument ta' Flessibbiltà akbar, filwaqt li jiżdied ukoll id-daqs tal-EAR;
4. Jiddispjaċih dwar ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-AMIF u tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) mill-Istati Membri; ifakkar li trasferiment baġitarju (DEC 18/2017) diġà jnaqqas l-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) b'EUR 284 miljun, billi juża l-AMIF u l-ISF bħala sors ta' żidiet taħt intestatura oħra; jitlob lill-Istati Membri jirrispettaw il-ftehimiet politiċi tagħhom u biex jagħmlu l-almu kollu tagħhom fi ħdan il-kompetenzi tagħhom biex jirriflettu l-importanza ta' din il-prijorità tal-Unjoni;
5. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2017;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 5/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni | 10.10.2017 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 31 4 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Pina Picierno, Răzvan Popa, Paul Rübig, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek | |||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Andrey Novakov, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský | |||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Marie-Pierre Vieu, Auke Zijlstra | |||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
31 | + |
ALDE | Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez, Urmas Paet |
ECR | Richard Ashworth, Bernd Kölmel |
PPE | Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský |
S&D | Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Pina Picierno, Răzvan Popa, Isabelle Thomas, Derek Vaughan, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos |
Verts/ALE | Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana |
4 | - |
EFDD | Jonathan Arnott |
ENF | Auke Zijlstra |
GUE/NGL | Liadh Ní Riada |
NI | Eleftherios Synadinos |
2 | 0 |
ENF | Stanisław Żółtek |
GUE/NGL | Marie-Pierre Vieu |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni