Dokument ta' sessjoni

 

A8-0302/2017

12.10.2017

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza

( COM(2016)0853 – C8-0479/2016 – 2016/0363(COD) )

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Gunnar Hökmark

 

PR_COD_1amCom

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

 

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

 

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

 

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

 

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

 

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

  Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI  16

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI  17

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza

( COM(2016)0853 – C8-0479/2016 – 2016/0363(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2016)0853 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0479/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ( A8-0302/2017 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[1]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

 

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[2]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) ippubblika d-Dokument ta' Kundizzjonijiet ("l-Istandard tat-TLAC") tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf (TLAC) fid-9 ta' Novembru 2015, li ġie approvat mill-G-20 f'Novembru 2015. L-objettiv tal-istandard tat-TLAC huwa li jiżgura li l-banek dinjija ta' importanza sistemika (G-SIBs), identifikati bħala istituzzjonijiet dinjija ta' importanza sistemika (G-SIIs) fil-qafas tal-Unjoni, ikollhom il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni meħtieġa sabiex jgħinu biex jiġi żgurat li, f'riżoluzzjoni u eżatt warajha, ikunu jistgħu jissoktaw il-funzjonijiet kritiċi mingħajr ma jitpoġġew fir-riskju l-fondi pubbliċi jew l-istabbiltà finanzjarja[4]. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015[5], il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippreżenta proposta leġiżlattiva sal-aħħar tal-2016 li tippermetti li l-istandard tat-TLAC jiġi implimentat fid-dritt tal-Unjoni sal-iskadenza miftiehma internazzjonalment tal-2019.

(2)  L-implimentazzjoni tal-istandard tat-TLAC fl-Unjoni trid tieħu inkonsiderazzjoni r-rekwiżit minimu eżistenti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eleġibbli ("MREL"), speċifiku għal istituzzjoni u applikabbli għall-istituzzjonijiet kollha ▌tal-Unjoni kif stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6]. Peress li t-TLAC u l-MREL għandhom l-istess objettiv li jiżguraw li l-istituzzjonijiet ▌tal-Unjoni jkollhom kapaċità suffiċjenti għall-assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni, jenħtieġ li ż-żewġ rekwiżiti jenħtieġ li jkunu elementi kumplimentari f'qafas komuni. Mil-lat operazzjonali, il-Kummissjoni ppropoiniet li l-livell minimu armonizzat tal-istandard tat-TLAC għall-G-SIIs ("ir-rekwiżiti minimu tat-TLAC") jenħtieġ li jiġi introdott fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni permezz ta' emendi fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], filwaqt li żieda għall-G-SIIs speċifika għall-istituzzjoni u r-rekwiżit għan-non-G-SIIs speċifiku għall-istituzzjoni jenħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta' emendi mmirati għad-Direttiva 2014/59/UE u għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8]. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva rigward il-klassifikazzjoni ta' strumenti ta' dejn mhux garantit f'ġerarkija ta' insolvenza huma kumplementari ma' partijiet tal-leġiżlazzjoni msemmija aktar 'il fuq u fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9].

(3)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istituzzjonijiet ▌ikollhom kapaċità għall-assorbiment tat-telf u għar-rikapitalizzazzjoni suffiċjenti biex ikunu żgurati l-assorbiment bla xkiel u malajr tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni ▌fil-waqt li jiġi evitat impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-kontribwenti. Dan jenħtieġ li jintlaħaq permezz ta' konformità kostanti mill-istituzzjonijiet ▌ma' rekwiżit tat-TLAC minimu li għandu jiġi implimentat fid-dritt tal-Unjoni permezz ta' emenda tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u rekwiżit ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli kif previst fid-Direttiva 2014/59/UE.

(4)  L-istandard tat-TLAC, li għandu jiġi implimentat fid-dritt tal-Unjoni permezz ta' emenda tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jeħtieġ li l-G-SIIs jissodisfaw ir-rekwiżit tat-TLAC minimu, b'ċerti eċċezzjonijiet, b'obbligazzjonijiet subordinati li ▌f'insolvenza jikklassifikaw ruħhom taħt obbligazzjonijiet esklużi mit-TLAC ("ir-rekwiżit ta' subordinazzjoni"). Skont l-istandard tat-TLAC, jenħtieġ li s-subordinazzjoni tinkiseb permezz tal-effetti legali ta' kuntratt ("subordinazzjoni kuntrattwali"), il-liġijiet ta' ġurisdizzjoni partikolari ("subordinazzjoni statutorja") jew struttura korporattiva partikolari ("subordinazzjoni strutturali"). Fejn meħtieġa bid-Direttiva 2014/59/UE, l-istituzzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-direttiva jenħtieġ li jissodisfaw ir-rekwiżit speċifiku għall-kumpanija tagħhom b'obbligazzjonijiet subordinati biex jimminimizzaw ir-riskju ta' proċeduri legali mill-kredituri abbażi tal-fatt li t-telf tagħhom waqt riżoluzzjoni jkun ogħla mit-telf li kienu jġarrbu fi proċeduri normali ta' insolvenza (il-prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur agħar).

(4a)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għas-swieq u jkunu jistgħu jiġu akkumulat r-riżervi meħtieġa, is-swieq jeħtieġu wkoll ċarezza f'waqtha dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà meħtieġa sabiex strumenti jiġu rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet TLAC jew MREL.

(4b)  Fl-interess tal-ippjanar u taċ-ċertezza legali għas-swieq u għal istituzzjonijiet individwali u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-istituzzjonijiet, huwa meħtieġ li jiġu introdotti salvagwardji, skont il-liġi nazzjonali eżeistenti, għall-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(4c)  Sabiex jiġu evitati nuqqasijiet u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost l-istituzzjonijiet, huwa meħtieġ li tiġi prevista anterjorità tal-eliġibbiltà ta' dawk l-istrumenti maħruġa qabel ma l-kriterji tal-eliġibbiltà jidħlu fis-seħħ.

(5)  Għadd ta' Stati Membri emendaw jew qegħdin fil-proċess li jemendaw il-klassifikazzjoni ta' insolvenza ta' dejn superjuri mhux garantit taħt il-liġi nazzjonali ta' insolvenza tagħhom sabiex jippermettu lill-istituzzjonijiet ▌tagħhom biex jikkonformaw mar-rekwiżit ta' subordinazzjoni ▌b'mod aktar faċli u, b'hekk, tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni.

(6)  Ir-regoli nazzjonali adottati sa issa jvarjaw b'mod sinifikanti. In-nuqqas ta' regoli armonizzati tal-Unjoni joħloq inċertezza għall-istituzzjonijiet ta' ħruġ u ▌bl-istess mod għall-investituri, u jagħmel l-applikazzjoni tal-għodda għar-rikapitalizzazzjoni interna aktar kumplikata għall-istituzzjonijiet transkonfinali. Dan jirriżulta wkoll f'distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fis-suq intern minħabba li l-ispejjeż għall-istituzzjonijiet ▌sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit ta' subordinazzjoni ▌u l-ispejjeż imġarrba mill-investituri meta jixtru strumenti ta' dejn maħruġin minn istituzzjonijiet ▌jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli fl-Unjoni.

(7)  Fir-Rapport tiegħu dwar l-Unjoni Bankarja, il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti sabiex ikomplu jitnaqqsu r-riskji legali ta' talbiet taħt il-prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur agħar, u fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2016[10], il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar approċċ komuni għall-ġerarkija tal-kredituri bankarji sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt f'każ ta' riżoluzzjoni.

(8)  Għaldaqstant huwa meħtieġ li jitneħħew l-ostakli kbar fil-funzjonament tas-suq intern u li jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' regoli armonizzati tal-Unjoni dwar il-ġerarkija tal-kredituri bankarji, u li jiġi impedut li fil-futur jinħolqu ostakli u distorsjonijiet bħal dawn. Konsegwentement, il-bażi legali xierqa għal din id-Direttiva jenħtieġ li tkun l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif interpretat f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(9)  Sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun possibbli l-ispejjeż ta' konformità għar-rekwiżit ta' subordinazzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment, kif ukoll kull impatt negattiv fuq l-ispejjeż għall-finanzjament tagħhom, din id-Direttiva jenħtieġ li tippermettili l-Istati Membri jżommu l-klassi eżistenti ta' dejn superjuri mhux garantit, li jkollu l-ogħla klassifikazzjoni ta' insolvenza fost l-istrumenti ta' dejn u jkun jiswa inqas minn kull obbligazzjoni subordinat ieħor biex l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment joħorġuh. Madankollu jenħtieġ li tobbliga lill-Istati Membri biex joħolqu klassi ġdida ta' assi ta' dejn superjuri "mhux bi preferenza" li għandu jiġi rikapitalizzat internament waqt riżoluzzjoni wara strumenti kapitali oħra biss, iżda qabel obbligazzjonijiet oħra superjuri. L-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment jenħtieġ li jibqgħu liberi li joħorġu d-dejn fiż-żewġ klassijiet filwaqt li l-klassi superjuri "mhux bi preferenza" biss għandha tkun eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' subordinazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tad-Direttiva 2014/59/UE. Dan għandu jippermetti lill-istituzzjonijiet ta' kreditu u lid-ditti ta' investiment biex jużaw l-orħos dejn superjuri għall-finanzjament tagħhom jew għal kull raġuni operattiva oħra, filwaqt li għall-konformità mar-rekwiżit ta' subordinazzjoni joħorġu l-klassi superjuri "mhux bi preferenza" l-ġdida.

(10)  Biex jiġi żgurat li l-klassi superjuri "mhux bi preferenza" l-ġdida tal-istrumenti tad-dejn tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà ▌kif deskritti fl-istandard tat-TLAC u kif stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE, ▌u b'hekk, tiżdied iċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li dawn l-istrumenti tad-dejn ma humiex derivattivi u ma fihom l-ebda derivattiva inkorporata, u li d-dokumentazzjoni kuntrattwali relatata li tirrigwarda l-ħruġ tagħhom u, fejn applikabbli, il-prospett, tirreferi b'mod espliċitu għall-klassifikazzjoni iktar baxxa tagħhom skont proċeduri normali ta' insolvenza. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit fil-liġi nazzjonali għar-reġistrazzjoni ta' strumenti ta' dejn fir-reġistru tal-kumpanija tal-emittent għal obbligazzjonijiet sabiex il-kundizzjonijiet għal klassi superjuri mhux bi preferenza tal-istrumenti ta' dejn ikunu ssodisfatti kif previst f'din id-Direttiva.

(11)  Biex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-investituri, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li strumenti ta' dejn superjuri ordinarji u obbligazzjonijiet superjuri mhux garantiti ordinarji oħrajn li mhumiex strumenti ta' dejn ikollhom klassifikazzjoni ta' prijorità ogħla fil-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar l-insolvenza fil-konfront tal-klassi superjuri "mhux bi preferenza" l-ġdida ta' dejn▐. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-klassi superjuri "mhux bi preferenza" l-ġdida tal-istrumenti jkollha klassifikazzjoni ta' prijorità ogħla mill-klassifikazzjoni ta' prijorità tal-istrumenti tal-fondi proprji u ta' kwalunkwe obbligazzjoni subordinata oħra ▐.

(12)  Ġaladarba l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli armonizzati għall-klassifikazzjoni tal-insolvenza ta' strumenti ta' dejn mhux garantiti għall-finijiet tal-qafas tal-Unjoni għall-irkupru u r-riżoluzzjoni speċjalment fir-rigward tal-iżgurar ta' reġim ta' rikapitalizzazzjoni interna kredibbli, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi. B'mod partikolari, din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal opzjonijiet oħrajn biex tinkiseb konformità mar-rekwiżit ta' subordinazzjoni previst mill-istandard TLAC.

(13)  Huwa xieraq li l-emendi għad-Direttiva 2014/59/UE, previsti f'din id-Direttiva japplikaw għall-pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn li jinħarġu fid-data ta' meta tibda tapplika din id-Direttiva jew dawk li jinħarġu warajha▐. Madankollu, għal skopijiet ta' ċertezza legali u sabiex l-ispejjeż ta' tranżizzjoni jitnaqqsu kemm jista' jkun, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-klassifikazzjoni tal-insolvenza tal-pretensjonijiet mhux garantiti pendenti kollha li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn li l-istituzzjonijiet ikunu ħarġu qabel dik id-data jkunu rregolati mil-liġijiet tal-Istati Membri kif ġew adottati fil-31 ta' Diċembru 2016. Peress li ċerti liġijiet nazzjonali kif adottati fil-31 ta' Diċembru 2016 setgħu diġà indirizzaw l-objettiv li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu joħorġu obbligazzjonijiet subordinati, parti mill-pretensjonijiet mhux garantiti pendenti jew (dawk?) kollha li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn maħruġa qabel id-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jista' jkollhom l-istess klassifikazzjoni tal-insolvenza bħall-istrumenti ta' dejn superjuri "mhux bi preferenza" maħruġa skont il-kundizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Barra minn hekk, wara l-31 ta' Diċembru 2016 u qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jadattaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-klassifikazzjoni fi proċeduri ta' insolvenza normali ta' pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn maħruġa wara d-data tal-applikazzjoni ta' tali liġijiet sabiex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva. F'dak il-każ, jenħtieġ li l-pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw mill-istrumenti ta' dejn maħruġa qabel l-applikazzjoni ta' din il-liġi nazzjonali ġdida biss ikomplu jkunu rregolati mil-liġijiet tal-Istati Membri kif ġew adottati fil-31 ta' Diċembru 2016.

(13a)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jipprevedu li jkun tajjeb li din id-Direttiva tkompli tapplika meta l-entitajiet emittenti ma jkunux għadhom soġġetti għall-qafas ta' riżoluzzjoni tal-Unjoni minħabba, b'mod partikolari, iċ-ċessjoni tal-attivitajiet ta' kreditu jew ta' investiment tagħhom lil parti terza.

(13b)  Din id-Direttiva tarmonizza l-klassifikazzjoni skont proċedimenti ta' insolvenza normali ta' pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn u ma tkoprix il-klassifikazzjoni tal-insolvenza ta' depożiti lil hinn mid-dispożizzjonijiet eżistenti applikabbli tad-Direttiva 2014/59/UE. Għaldaqstant, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jirregolaw il-proċedimenti ta' insolvenza normali li jkopru l-klassifikazzjoni tal-insolvenza ta' depożiti mhux armonizzata bid-Direttiva 2014/59/UE, irrispettivament minn kif id-depożiti jkunu klassifikati fil-proċedimenti ta' insolvenza u mid-dati tagħhom.

(13c)  Din id-Direttiva tarmonizza l-klassifikazzjoni skont proċedimenti ta' insolvenza normali ta' pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn u ma tkoprix il-klassifikazzjoni tal-insolvenza ta' depożiti lil hinn mid-dispożizzjonijiet eżistenti applikabbli tad-Direttiva 2014/59/UE. Għaldaqstant, din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jirregolaw il-proċeduri ta' insolvenza normali li jkopru l-klassifikazzjoni tal-insolvenza ta' depożiti mhux armonizzata bid-Direttiva 2014/59/UE. Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/KE fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' depożiti f'insolvenza u tivvaluta b'mod partikolari l-ħtieġa ta' kwalunkwe emenda ulterjuri għaliha,

 

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE

-1.  Fl-Artikolu 2(1), il-punt (48) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(48) "strumenti ta' dejn":

(i)  għall-finijiet tal-punti (g) u (j) tal-Artikolu 63(1), tfisser bonds u forom oħra ta' dejn trasferibbli, strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn, u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta' strumenti ta' dejn; u

(ii)  għall-finijiet tal-Artikolu 108, tfisser bonds u forom oħra ta' dejn trasferibbli u strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn."

  ▐

1a.  Fl-Artikolu 108, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Klassifikazzjoni ▐ f'ġerarkija ta' insolvenza"

1b.  Fl-Artikolu 108, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri ta' insolvenza normali:

(a)  dawn li ġejjin ikollhom l-istess klassifikazzjoni ta' prijorità li tkun ogħla mill-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet tal-kredituri komuni mhux garantiti ▐:

(i)  dik il-parti tad-depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju li taqbeż il-livell ta' kopertura previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE;

(ii)  depożiti minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju li jkunu depożiti eliġibbli kieku mhux għall-fatt li jkunu saru permezz ta' fergħat barra mill-Unjoni ta' istituzzjonijiet stabbiliti fi ħdan l-Unjoni.

(b)  dawn li ġejjin ikollhom l-istess klassifikazzjoni ta' prijorità li tkun ogħla mill-klassifikazzjoni prevista fil-punt (a) u l-klassifikazzjoni tal-obbligazzjonijiet mhux garantiti ordinarji oħrajn kollha:

(i)  depożiti koperti;

(ii)  skemi ta' garanzija ta' depożiti surrogati għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta' depożitanti koperti f'insolvenza."

2.  Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu fit-tarf tal-Artikolu 108:

"2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-entitajiet imsemmijin fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1), pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji għandhom, fil-liġi nazzjonali li tirregola l-proċedimenti ta' insolvenza normali, ikollhom klassifikazzjoni ta' prijorità ogħla minn dik ta' pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-maturità kuntrattwali inizjali ta' strumenti ta' dejn tkun ta' mill-inqas sena;

(b)  ma fihom l-ebda derivattivi inkorporati u ma jkunux derivattivi huma stess;

(c)  id-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u fejn applikabbli, il-prospett, relatati mal-ħruġ jirreferu b'mod espliċitu għall-klassifikazzjoni aktar baxxa skont dan il-paragrafu.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 għandhom ikollhom klassifikazzjoni ta' prijorità ogħla fil-liġi nazzjonali li tirregola l-proċedimenti ta' insolvenza normali mill-klassifikazzjoni ta' prijorità ta' pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 48(1).

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4b u 4c, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti ta' insolvenza normali, kif ġew adottati fil-[31 ta' Diċembru 2016], japplikaw għall-klassifikazzjoni fi proċedimenti ta' insolvenza normali ta' pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn maħruġa minn entitajiet imsemmijin fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' miżuri skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi din [id-Direttiva ▌].

4a.  L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika x'jammonta għal derivattivi inkorporati kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [6 xhur mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4b.  Meta, wara l-31 ta' Diċembru 2016 u qabel [id-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], Stat Membru jkun adotta liġi nazzjonali li tirregola l-klassifikazzjoni fi proċedimenti ta' insolvenza normali ta' pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn maħruġa wara d-data ta' applikazzjoni ta' tali liġi nazzjonali, il-paragrafu 4 ta' dan l-Artokolu ma għandux japplika għal pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn maħruġa wara d-dħul fis-seħħ ta' tali liġi nazzjonali, dment li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew sodisfatti:

(a)  skont dik il-liġi nazzjonali, u għal entitajiet imsemmijin fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1), pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji għandu, fi proċedimenti ta' insolvenza normali, ikollhom klassifikazzjoni ta' prijorità ogħla minn dik ta' pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)  il-maturità kuntrattwali inizjali ta' strumenti ta' dejn tkun ta' mill-inqas sena;

(ii)  l-istrumenti ta' dejn ma fihom l-ebda derivattiva inkorporata u ma jkunux derivattivi huma stess; u

(iii)  id-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u, fejn applikabbli, il-prospett, relatati mal-ħruġ jirreferu b'mod espliċitu għall-klassifikazzjoni l-aktar baxxa skont il-liġi applikabbli;

(b)  skont il-liġi nazzjonali, pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandhom, fi proċedimenti ta' insolvenza normali, klassifikazzjoni ta' prijorità ogħla mill-klassifikazzjoni ta' prijorità ta' pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 48(1).

Fid-[data tad-dħul fis-seħħ ta' miżuri skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva], il-pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn imsemmija fil-punt (b), għandu jkollhom l-istess klassifikazzjoni ta' prijorità bħal dik imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3.

4c.  L-Istati Membri li, qabel il-31 ta' Diċembru 2016, adottaw liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri ta' insolvenza normali fejn il-pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn maħruġa minn entitajiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jinqasmu f'żewġ klassifikazzjonijiet ta' prijorità differenti jew aktar, jew meta l-klassifikazzjoni ta' prijorità ta' pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn tali strumenti ta' dejn tinbidel fir-rigward tal-pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji l-oħra kollha bl-istess klassifikazzjoni, jistgħu jipprevedu li strumenti ta' dejn bl-aktar klassifikazzjoni ta' prijorità baxxa fost dawk il-pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji jkollhom l-istess klassifikazzjoni bħal dik ta' pretensjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punti (a),(b) u l-punt (c) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 3."

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sa ... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' miżuri skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi], il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta' dawn il-miżuri lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom fil-liġi nazzjonali li għandha sseħħ sa mhux iktar tard minn ... [12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2a.  Il-Paragrafu 2 ma għandux japplika meta l-miżuri nazzjonali tal-Istati Membri, fis-seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, ikunu konformi ma' din id-Direttiva. F'tali każijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kif meħtieġ.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-EBA t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 2a

Rieżami

Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 108(1) tad-Direttiva 2014/59/UE. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod partikolari l-ħtieġa ta' emendi ulterjuri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' depożiti f'insolvenza. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta’ dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza

Referenzi

COM(2016)0853 – C8-0479/2016 – 2016/0363(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.1.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

16.1.2017

JURI

16.1.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

8.12.2016

JURI

31.1.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Gunnar Hökmark

24.11.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

25.4.2017

3.5.2017

11.7.2017

 

25.9.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Fabio De Masi, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wajid Khan, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Alain Cadec, Andrea Cozzolino, Ashley Fox, Doru-Claudian Frunzulică, Sophia in ‘t Veld, Thomas Mann, Luigi Morgano, Michel Reimon, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Judith Sargentini

Data tat-tressiq

13.10.2017

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

48

+

ALDE

Thierry Cornillet, Sophia in ‘t Veld, Petr Ježek, Lieve Wierinck

ECR

Ashley Fox, Sander Loones, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne,

ENF

Barbara Kappel

PPE

Burkhard Balz, Alain Cadec, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere, Esther de Lange

S&D

Pervenche Berès, Udo Bullmann, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Doru-Claudian Frunzulică, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Wajid Khan, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Michel Reimon, Judith Sargentini, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

 

6

-

EFDD

Marco Valli

ENF

Bernard Monot, Marco Zanni

GUE/NGL

Fabio De Masi, Marisa Matias, Miguel Viegas

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

 

 

[1]* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
[2]  ĠU C , , p. .
[3]  ĠU C , , p. .
[4]   Prinċipji dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' G-SIBs f'Riżoluzzjoni, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, id-9 ta' Novembru 2015
[5]  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja", 24.11.2015, COM(2015) 587 final
[6]  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190
[7]  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1
[8]  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u ta' Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1
[9]  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338
[10]  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar pjan direzzjonali sabiex titlesta l-Unjoni Bankarja: http://www.consilium.europa.eu/press-releases-pdf/2016/6/47244642837_mt.pdf