TESTI ADOTTATI

 

P8_TA(2016)0010

Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (DRV) fil-Latvja *

 

 

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2016 dwar abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (DRV) fil-Latvja (13060/2015 – C8-0338/2015 – 2015/0813(CNS) )

 

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13060/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0338/2015),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE: l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni[2],

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà[3],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A8-0370/2015 ),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

 

[1]   ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.
[2]   Testi adottati, P7_TA(2013)0419
[3]   Testi adottati, P8_TA(2015)0269