<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2023)0346</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-Użbekistan</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0227/2023 - Rapporteur: Ilhan Kyuchyuk)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2023 dwar l-Użbekistan (2022/2195(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-15 ta’ Mejju 2019 bit-titolu “L-UE u l-Asja Ċentrali: Opportunitajiet Ġodda għal Sħubija aktar b’Saħħitha” (JOIN(2019)0009),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2019 dwar l-Istrateġija l-ġdida għall-Asja Ċentrali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Settembru 2018 bit-titolu “Konnessjoni bejn l-Ewropa u l-Asja – Elementi fundamentali għal Strateġija tal-UE” (JOIN(2018)0031),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil dwar il-Kooperazzjoni fil-qasam tal-Enerġija bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Użbekistan tal-24 ta’ Jannar 2011 u li ġġedded fi Frar 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-programm konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa bit-titolu “Programm tal-Istat tad-Dritt għall-Asja Ċentrali” (2020-2023) iffirmat fit-28 ta’ Novembru 2019,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-Portal Globali” (JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżiti tat-18-il laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Asja Ċentrali li saret fis-17 ta’ Novembru 2022 f’Samarkand, li ffukat fuq is-sejbien ta’ soluzzjonijiet għal sfidi komuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa konġunta tal-Kapijiet ta’ Stat tal-Asja Ċentrali u l-President tal-Kunsill Ewropew, maħruġa wara l-ewwel laqgħa reġjonali ta’ livell għoli li saret f’Astana fis-27 ta’ Ottubru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-4 ta’ Lulju 2022 dwar l-aħħar żviluppi fl-Użbekistan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni għall-istampa konġunta tat-28 ta’ Ottubru 2022 minn Shavkat Mirziyoyev, President tar-Repubblika tal-Użbekistan u Charles Michel, President tal-Kunsill Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u Kooperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, mill-parti l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 229, 31.8.1999, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-18-il laqgħa tas-Sottokumitat għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, id-Drittijiet tal-Bniedem u Kwistjonijiet relatati fir-rigward tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Użbekistan, li saret fid-29 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f’Tashkent fil-15 ta’ Marzu 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi dwar is-sitt rapport perjodiku tal-Użbekistan tal-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa tal-1 ta’ Marzu 2022, it-tielet rapport perjodiku tal-Użbekistan tal-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali ta’ Frar 2022 u l-ħames rapport perjodiku tal-Użbekistan tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal ta’ Settembru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-ħames rapport perjodiku tal-1 ta’ Mejju 2020 tal-Użbekistan rigward il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra tal-1984,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu wara żjara uffiċjali fl-Użbekistan mid-29 ta’ Novembru sas-7 ta’ Diċembru 2021, ippubblikat fil-25 ta’ Frar 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrateġija nazzjonali tal-Użbekistan għall-2021-2026 dwar il-ġlieda kontra l-estremiżmu u t-terroriżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (ODIHR tal-OSKE) dwar l-elezzjoni presidenzjali tal-24 ta’ Ottubru 2021, ippubblikat fit-22 ta’ April 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-sejbiet u l-konklużjonijiet preliminari tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Limitata tar-Referendum tal-ODIHR tal-OSKE fir-Repubblika tal-Użbekistan, ippubblikata fl-1 ta’ Mejju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2019 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-ftehim komprensiv il-ġdid bejn l-UE u l-Użbekistan<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 108, 26.3.2021, p. 126.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Użbekistan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0227/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Użbekistan għandu rwol ewlieni fl-Asja Ċentrali, li huwa reġjun ta’ interess strateġiku għall-UE f’termini ta’ sigurtà, konnettività, diversifikazzjoni tal-enerġija, riżoluzzjoni tal-kunflitti u difiża tal-ordni internazzjonali multilaterali bbażat fuq ir-regoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi n-negozjati dwar il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (EPCA) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Użbekistan, li jimmodernizza l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni eżistenti ffirmat fl-1999, ġew varati formalment fit-23 ta’ Novembru 2018 u ġew konklużi b’suċċess fis-6 ta’ Lulju 2022; billi l-EPCA jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament biex jidħol fis-seħħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Gvern tal-Użbekistan qed jagħmel sforzi biex jibbilanċja t-tkabbir ekonomiku mal-ħarsien tal-ambjent; billi t-tħassib ambjentali rrappurtat jinkludi d-degradazzjoni tal-art, is-salinizzazzjoni tal-ħamrija, it-tnaqqis fil-kwalità tal-ilma u l-erożjoni mill-ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-UE allokat EUR 76 miljun għall-ewwel erba’ snin (2021-2024) tal-Programm Indikattiv Pluriennali tagħha ta’ seba’ snin 2021-2027 għall-Użbekistan, u EUR 7 miljun addizzjonali ġew allokati għall-appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Asja Ċentrali qed tiffaċċja waħda mill-aktar kriżijiet gravi tal-ilma fid-dinja, u dan illimita ferm l-ilħuq tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs) fir-reġjun; billi aktar minn nofs il-popolazzjoni biss fl-Użbekistan għandha aċċess għal ilma tax-xorb sikur, u ż-żoni rurali għandhom sigurtà tal-ilma ferm aktar baxxa miż-żoni urbani; billi l-agrikoltura, b’mod partikolari l-industrija intensiva tal-qoton, tikkonsma aktar minn 90 % tal-ilma tal-Użbekistan; billi l-ilma li jgħaddi mix-xmajjar Syr Darya u Amu Darya, li jipprovdu l-biċċa l-kbira tal-provvista tal-ilma tal-Użbekistan, huwa mistenni jonqos b’massimu ta’ 15 % sal-2050;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, wara l-kollass tal-Unjoni Sovjetika u l-politika agrikola u s-sistema unitarja ta’ ġestjoni tal-ilma diżastrużi tagħha, is-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun tal-Asja Ċentrali ġew affettwati b’mod sinifikanti mit-tilwim dwar l-ilma; jinnota li t-tibdil fil-klima fl-Asja Ċentrali affettwa r-riżorsi tal-ilma u li attivitajiet intensivi tal-bniedem wasslu għal sfruttament żejjed tal-ilma; billi l-ġestjoni ħażina u imprudenti tal-ilma u t-tniġġis tax-xmajjar ewlenin biex jissaqqew l-għelieqi tal-qoton, mibdija mir-reġim Sovjetiku u li fil-biċċa l-kbira tagħhom tkomplew fiż-żminijiet moderni fiż-żona kollha tas-sitt pajjiżi tar-reġjun, irriżultaw fl-għajbien kważi totali tal-Baħar ta’ Aral u ta’ ħafna mis-sublagi tiegħu u esponew il-popolazzjoni vulnerabbli taż-żona għal problemi tas-saħħa, ekoloġiċi u soċjali diżastrużi; billi l-kunflitti frekwenti dwar l-ilma u l-instabbiltà politika llimitaw l-ippjanar unifikat u l-allokazzjoni effiċjenti tax-xmajjar transkonfinali, u dan wassal għall-isfruttament u l-użu ineffettivi tar-riżorsi tal-ilma fir-reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UE kkontribwiet aktar minn EUR 5,2 miljun għall-Fond Fiduċjarju b’Diversi Sħab tan-NU għas-Sigurtà tal-Bniedem għar-reġjun tal-Baħar ta’ Aral fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; billi l-UE impenjat ruħha li tħawwel aktar minn 27 000 siġra fl-2022, f’kooperazzjoni mat-tentattivi tal-Gvern Użbek li jirreklama l-art mid-Deżert ta’ Aralkum;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi fl-1 ta’ Lulju 2022 faqqgħu protesti fir-Repubblika ta’ Karakalpakstan wara li ġew ippubblikati l-emendi proposti għall-kostituzzjoni tal-Użbekistan, li kienu se jabolixxu l-istatus tiegħu bħala repubblika sovrana fl-Użbekistan u d-dritt tiegħu ta’ seċessjoni; billi mill-inqas 21 ruħ inqatlu u aktar minn 270 ruħ indarbu, filwaqt li xi detenuti rrappurtaw tortura u trattament ħażin fit-trażżin sussegwenti min-naħa tal-awtoritajiet; billi l-gruppi u l-attivisti għad-drittijiet tal-bniedem irrappurtaw li l-forzi tas-sigurtà użaw forza letali mhux ġustifikabbli u reazzjonijiet eċċessivi oħra biex ixerrdu d-dimostranti li fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu paċifiċi; billi 516-il ruħ ġew detenuti, inklużi ġurnalisti, u xi wħud inżammu f’iżolament għal ġimgħat sħaħ wara l-protesti; billi fit-13 ta’ Jannar 2023 22 ruħ ġew ikkundannati talli ħadu sehem fid-diżordni u Dauletmurat Tajimuratov, avukat akkużat li mexxa d-diżordni, ġie kkundannat għal 16-il sena ħabs; billi fis-17 ta’ Marzu 2023 it-tieni proċess kontra 39 ruħ oħra akkużati li pparteċipaw fil-protesti spiċċa b’sentenzi twal ta’ ħabs sa massimu ta’ 11-il sena;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Gvern Użbek isostni pubblikament li hemm aktar minn 10 000 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili (OSĊ) li bħalissa qed joperaw fl-Użbekistan, filwaqt li l-gruppi tad-drittijiet ċivili jindikaw li l-maġġoranza ta’ dawn l-organizzazzjonijiet huma fil-fatt organizzazzjonijiet mhux governattivi organizzati mill-gvern;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-riformi ekonomiċi u politiċi mwettqa taħt il-President Shavkat Mirziyoyev wasslu lill-pajjiż għal titjib gradwali, iżda għad iridu jsiru aktar sforzi, b’mod partikolari r-reviżjoni mwiegħda tal-Kodiċi Kriminali u kodiċi ġdid dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs); billi l-Użbekistan huwa kklassifikat bħala “mhux liberu” fil-klassifikazzjonijiet ta’ Freedom in the World 2023 u Freedom on the Net 2022 minn Freedom House u huwa kklassifikat fil-137 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2023 ta’ Reporters Mingħajr Fruntieri, meta mqabbel mal-133 post fl-2022; billi l-Użbekistan huwa kklassifikat fil-126 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2019 ta’ Transparency International;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-OSKE ddikjarat li l-elezzjoni presidenzjali tal-2021 ma kellhiex kompetizzjoni ġenwina u involviment sinifikanti bejn il-kandidati u maċ-ċittadini u nnotat irregolaritajiet proċedurali sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi s-Senat tal-Oliy Majlis stabbilixxa t-30 ta’ April 2023 bħala d-data għal referendum dwar ir-riformi kostituzzjonali wara li ġie pospost minħabba l-kriżi tal-2022 fil-Karakalpakstan; billi l-emendi ppreżentati fir-referendum jaffettwaw madwar żewġ terzi tal-kostituzzjoni; billi l-emendi jinkludu dispożizzjoni li tippermetti lill-president jibqa’ fil-kariga għal żewġ mandati oħra ta’ seba’ snin; billi, skont il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, il-parteċipazzjoni fir-referendum kienet ta’ 84,5 % u 90,2 % tal-voti kienu favur il-kostituzzjoni l-ġdida;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Missjoni ta’ Osservazzjoni Limitata tar-Referendum tal-ODIHR tal-OSKE, fis-sejbiet u l-konklużjonijiet preliminari tagħha, ikkonkludiet li “r-referendum ġie introdott bħala kontinwazzjoni ta’ riformi usa’ implimentati matul dawn l-aħħar snin iżda sar f’ambjent mingħajr pluraliżmu u kompetizzjoni politiċi ġenwini” u li kien hemm “il-ħtieġa li jiġu mħeġġa aktar fehmiet alternattivi, jiġu pprovduti opportunitajiet għal soċjetà ċivili indipendenti u rispett għal-libertajiet fundamentali, li għadhom ristretti”; billi, skont id-Dikjarazzjoni tal-ODIHR tal-OSKE dwar is-Sejbiet u l-Konklużjonijiet Preliminari, “l-osservaturi nnutaw użu ħażin mifrux tar-riżorsi amministrattivi”;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi, fid-dawl tal-influwenza Ċiniża li qed tikber fir-reġjun, l-Użbekistan u ċ-Ċina espandew il-kooperazzjoni ekonomika tagħhom f’dawn l-aħħar snin; billi l-proġett ferrovjarju Ċina-Kirgistan-Użbekistan jagħmel lill-Użbekistan gateway għan-Nofsinhar tal-Asja u jgħaqqad iż-żewġ reġjuni filwaqt li jevita l-Afganistan ikkontrollat mit-Taliban, iżda jkun ukoll parti ewlenija tal-Inizjattiva “Belt and Road”;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi għadhom qed jiġu rrappurtati problemi sinifikanti rigward id-drittijiet tal-bniedem fl-Użbekistan, inklużi każijiet ta’ tortura jew pieni krudili, inumani jew degradanti, minkejja li l-prattika hija pprojbita mil-liġi; billi tħassib ieħor irrappurtat dwar id-drittijiet tal-bniedem jinkludi l-arresti jew id-detenzjonijiet arbitrarji, l-arresti u l-priġunerija ta’ priġunieri politiċi, il-problemi bl-indipendenza tal-ġudikatura, il-korruzzjoni u r-restrizzjonijiet fuq il-libertajiet ta’ għaqda, tal-media u tal-kelma, inkluż fuq l-internet; billi l-malafama u l-insulti, inklużi l-insulti fil-konfront tal-President, għadhom reati kriminali, minkejja l-wegħda tal-President Mirziyoyev fl-2020 li jiddekriminalizza ż-żewġ reati; billi l-blogger Sobirjon Babaniyazov ġie kkundannat għal tliet snin ħabs talli insulta lill-President online;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin fl-Użbekistan kien hemm żieda fl-għadd ta’ ġurnalisti u bloggers li ntbagħtu l-ħabs, inkluż Otabek Sattoriy, blogger indipendenti, ġurnalist investigattiv u attivist li qed jiskonta sentenza ta’ sitt snin u sitt xhur ħabs talli rrapporta dwar il-korruzzjoni; billi deċiżjoni ta’ Novembru 2022 mill-Grupp ta’ Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja sabet li d-detenzjoni ta’ Sattoriy kienet tikser id-dritt internazzjonali; billi ġurnalisti u bloggers oħra kkundannati għar-rapportar jew l-espressjoni tagħhom jinkludu lil Miraziz Bazarov, blogger li tqiegħed taħt arrest domiċiljari f’April 2021 u ġie kkundannat għal tliet snin ta’ libertà ristretta fuq akkużi ta’ malafama talli eżerċita d-dritt tiegħu tal-libertà ta’ espressjoni, Fazilkhoja Arifkhojayev, blogger arrestat f’Ġunju 2021 u kkundannat għal seba’ snin u sitt xhur talli ppubblika mill-ġdid u kkummenta dwar kwistjonijiet reliġjużi fuq il-media soċjali, u Lolagul Kallykhanova, il-fundatriċi ta’ Makan.uz, arrestata f’Lulju 2022 u kkundannata għal tmien snin ta’ libertà ristretta għall-parteċipazzjoni allegata tagħha fil-protesti ta’ Karakalpakstan; billi Valijon Kalonov, kritiku tal-gvern li talab bojkott tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2021, qed jinżamm fi sptar psikjatriku fir-reġjun ta’ Samarkand wara li qorti ddeċidiet li għandu jingħata trattament psikjatriku obbligatorju;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi, f’Marzu 2020, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, li jimmonitorja l-konformità mal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, esprima tħassib dwar “rapporti kontinwi ta’ tortura u trattament ħażin, inklużi vjolenza sesswali u stupru, minn uffiċjali tal-ħabs u persunal tal-infurzar tal-liġi kontra persuni mċaħħda mil-libertà, inklużi individwi detenuti fuq dawk li jidhru li huma akkużi motivati politikament”;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi, f’Jannar 2020, il-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura rrapporta li “t-tortura u t-trattament ħażin għadhom jitwettqu b’mod regolari mill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, investigattivi u tal-ħabs, fuq l-istigazzjoni u bil-kunsens tal-Istat, prinċipalment għall-fini li jingħataw konfessjonijiet jew informazzjoni biex jintużaw fi proċedimenti kriminali”; billi l-wegħdiet tal-President Mirziyoyev li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tat-tortura fil-kustodja tal-istat wasslu għall-adozzjoni ta’ xi miżuri pożittivi bħal leġiżlazzjoni li tistipula li l-evidenza miksuba taħt tortura mhijiex ammissibbli fil-qorti; billi dawn is-salvagwardji legali mhumiex implimentati b’mod konsistenti u l-każijiet ta’ tortura tipikament mhumiex investigati kif xieraq mill-awtoritajiet; billi d-detenuti spiss joqogħdu lura milli jressqu lmenti minħabba biża’ ta’ rappreżalji;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-Musulmani li jipprattikaw it-twemmin tagħhom barra mill-kontroll tal-istat għadhom fil-mira tal-awtoritajiet b’akkużi kriminali foloz relatati mal-estremiżmu reliġjuż; jinnota, pereżempju, li Bobirjon Tukhtamurodov ġie kkundannat għal aktar minn ħames snin ħabs talli pparteċipa f’organizzazzjoni reliġjuża pprojbita u Musulmani oħra, inklużi Oybek Khamidov, Khasan Abdirakhimov u Alimardon Sultonov, ġew arrestati fuq akkużi kriminali relatati mal-estremiżmu;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi r-rimedju ta’ inġustizzji tal-passat kontra individwi fl-Użbekistan li ntbagħtu l-ħabs illegalment u bi ksur tad-drittijiet tagħhom, għadu pendenti; billi, filwaqt li f’dawn l-aħħar snin l-Użbekistan ħeles lil għexieren ta’ ex priġunieri tal-kuxjenza, l-awtoritajiet ma ħadux passi biex jirriabilitaw lil dawn l-individwi, li għadhom ikkundannati għal reati skont il-liġi, jew biex jirrimedjaw il-ħsara li saritilhom mid-detenzjonijiet twal u t-tortura tagħhom u l-abbuż li ħafna minnhom ġarrbu, l-iżolament mill-familja u l-ħbieb tagħhom u t-telf tax-xogħol, fost impatti oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-Użbekistan adotta strateġija nazzjonali f’Lulju 2021 biex jiġġieled l-estremiżmu u t-terroriżmu għall-perjodu 2021-2026; billi l-għan iddikjarat tal-istrateġija huwa li tiġi segwita politika tal-istat effettiva u kkoordinata biex jiġu miġġielda l-estremiżmu u t-terroriżmu u jiġu żgurati s-sigurtà nazzjonali u d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini; billi t-teħid ta’ kontroll tal-Afganistan mit-Taliban żied it-tħassib tal-Użbekistan dwar il-propagazzjoni potenzjali tat-terroriżmu mill-Afganistan għall-ġirien tal-Asja Ċentrali tiegħu, b’mod partikolari mill-Istat Iżlamiku – il-Provinċja ta’ Khorasan, kif ukoll l-Unjoni tal-Ġiħad Iżlamika, il-Moviment Iżlamiku tal-Użbekistan, Katibat al-Imam al-Bukhari u Jamaat Ansarullah; billi l-Użbekistan għadu parteċipant attiv fil-pjattaforma diplomatika C5+1 u l-kooperazzjoni relatata mal-ġlieda kontra t-terroriżmu/kontra l-estremiżmu vjolenti (CT/CVE);
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi stħarriġ reċenti mwettaq mill-istitut ta’ riċerka Użbek Family and Women sab li waħda minn kull tliet nisa esperjenzat abbuż minn żewġha u waħda minn kull erbgħa mill-kunjata tagħha; billi 7 % biss tal-każijiet ta’ vjolenza domestika jaslu fil-qrati; billi l-biċċa l-kbira tal-vittmi tal-vjolenza domestika ma jistgħux jaċċessaw appoġġ legali peress li huma finanzjarjament dipendenti fuq il-konjuġi tagħhom; billi l-vittmi tal-vjolenza domestika jbatu wkoll minħabba assistenza ta’ emerġenza inadegwata, għadd insuffiċjenti ta’ postijiet ta’ kenn u finanzjament għall-hotlines, kif ukoll nuqqas ta’ ħaddiema soċjali u psikologi mħarrġa; billi l-femminiċidju mwettaq minn irġiel miżżewġin jew minn qraba oħra huwa riżultat komuni tal-impunità għall-vjolenza domestika, għalkemm m’hemm ebda statistika uffiċjali disponibbli; billi ż-żwiġijiet tat-tfal għadhom prevalenti f’xi żoni rurali tal-Użbekistan u jfixklu d-drittijiet tan-nisa fil-pajjiż billi jillimitaw l-opportunitajiet edukattivi u ta’ impjieg tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 120 tal-Kodiċi Kriminali tal-Użbekistan, l-imġiba omosesswali kunsenswali bejn l-irġiel hija reat kriminali punibbli b’massimu ta’ tliet snin ħabs; billi din il-liġi mhux biss tikser id-drittijiet tal-bniedem tal-irġiel omosesswali u bisesswali, iżda tkompli temarġina wkoll il-komunità usa’ ta’ persuni LGBTIQ, toħloq ambjent ostili u diskriminatorju, ixxekkel il-kapaċità tagħhom li jaċċessaw id-drittijiet u s-servizzi bażiċi u tagħmilha diffiċli għalihom li jgħixu ħajjithom liberament u b’mod miftuħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-Użbekistan ġarrab nuqqasijiet serji u bla preċedent ta’ enerġija matul ix-xitwa 2022-2023, li ħallew partijiet kbar tal-pajjiż mingħajr tisħin u elettriku u kkontribwew għat-tnaqqis fil-fiduċja pubblika fl-amministrazzjoni tal-istat;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament żar l-Użbekistan fit-23 u l-24 ta’ Frar 2022; billi d-Delegazzjoni tiegħu għall-Kumitati ta’ Kooperazzjoni Parlamentari UE-Każakistan, UE-Kirgistan, UE-Użbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja żaret lill-Użbekistan regolarment;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-Użbekistan irtira mill-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva mmexxija mir-Russja fl-2018; billi mindu r-Russja bdiet il-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata, mhux ġustifikata u illegali tagħha kontra l-Ukrajna, l-Użbekistan ħa pożizzjoni newtrali u appella għal riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt; billi, fis-17 ta’ Marzu 2022, l-ex Ministru tal-Affarijiet Barranin Użbek, Abdulaziz Kamilov, iddikjara li l-Użbekistan mhux se jirrikonoxxi l-istati separatisti ta’ Donetsk u Luhansk fl-Ukrajna;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Relazzjonijiet UE-Użbekistan</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ t-tlestija tan-negozjati dwar l-EPCA bejn l-UE u l-Użbekistan, li joħloq qafas ġdid, modern u ambizzjuż għall-approfondiment tar-relazzjonijiet bilaterali; itenni li l-ftehim jagħmel enfasi qawwija fuq il-valuri kondiviżi, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-iżvilupp sostenibbli; jinnota li dan iwitti wkoll it-triq għal kooperazzjoni msaħħa fil-politika estera u ta’ sigurtà, inkluż dwar kwistjonijiet bħall-istabbiltà reġjonali, il-konnettività diġitali, il-kooperazzjoni internazzjonali u l-prevenzjoni tal-kunflitti; jissottolinja l-importanza ta’ aktar kooperazzjoni bejn l-UE u l-Użbekistan, b’mod partikolari fid-dawl tal-avvenimenti ġeopolitiċi reċenti, bħall-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jappella għal tlestija rapida tal-proċeduri legali u tekniċi meħtieġa u għall-iffirmar tal-EPCA, li jwitti t-triq għall-Parlament biex jeżerċita l-prerogattiva tiegħu fir-rigward tar-ratifika tal-ftehim; jissottolinja l-importanza tal-involviment mill-qrib tal-Parlament fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-partijiet kollha tal-EPCA ladarba jidħol fis-seħħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota r-riformi ambizzjużi ppjanati fl-ambitu tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Użbekistan il-Ġdid għall-2022-2026, li għandha l-għan li tikseb bidla ġenwina fil-pajjiż f’termini ta’ żvilupp soċjoekonomiku, amministrazzjoni effiċjenti, sistema ġudizzjarja aktar indipendenti u rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jilqa’ l-miżuri biex tittejjeb is-sistema kontra l-korruzzjoni u jistieden lill-awtoritajiet ikomplu u jsaħħu l-isforzi tagħhom f’dan ir-rigward, filwaqt li jqisu l-konklużjonijiet tat-Tieni Forum Internazzjonali ta’ Tashkent dwar il-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni; jitlob li fl-aġenda tar-riformi jiġu inklużi garanziji għal-libertajiet reliġjużi u tal-istampa, inkluż l-aċċess għal internet u media ħielsa u miftuħa; jisħaq li r-riforma kostituzzjonali hija opportunità biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt u biex ir-riformi jingħataw bażi legali soda; jistieden lill-awtoritajiet tal-Użbekistan ikomplu dan il-proċess f’konsultazzjoni maċ-ċittadini, mas-soċjetà ċivili u mal-partijiet ikkonċernati, inkluża l-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, abbażi tan-normi u l-aħjar prattiki internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jieħu nota tar-riżultati tar-referendum kostituzzjonali fl-Użbekistan li sar fit-30 ta’ April 2023, li approva l-kostituzzjoni l-ġdida li għandha l-għan li ġġib bidliet sinifikanti fil-qafas legali tal-pajjiż; madankollu, huwa mħasseb dwar id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-President jestendi ż-żmien tiegħu fil-kariga; jiddispjaċih li l-gvern biddel il-limiti tat-terminu b’mod mhux trasparenti u mhux demokratiku u jħeġġeġ lill-gvern isegwi l-prinċipji tad-demokrazija u l-istat tad-dritt; jissottolinja li l-proċess ta’ demokratizzazzjoni tal-Użbekistan għandu jiġi aċċelerat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-ODIHR tal-OSKE bagħat missjoni ta’ osservazzjoni limitata tar-referendum fit-28 ta’ Marzu 2023 sabiex jivvaluta l-mod li bih tmexxa r-referendum; jistieden lill-awtoritajiet Użbeki jqisu bir-reqqa s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Limitata tar-Referendum u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet mir-Rapport Finali tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-ODIHR tal-2021, inkluż li jirrevedu r-rekwiżiti leġiżlattivi u amministrattivi għar-reġistrazzjoni tal-partiti politiċi u jistabbilixxu separazzjoni ċara bejn l-istat u l-partit, flimkien ma’ sanzjonijiet effettivi kontra l-użu ħażin tar-riżorsi amministrattivi; jistieden lill-awtoritajiet ikomplu jirriformaw il-qafas legali elettorali sabiex jippermettu l-parteċipazzjoni tal-kandidati demokratiċi kollha fl-elezzjonijiet futuri u joħolqu ambjent politiku ġenwinament pluralistiku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni reġjonali, relazzjonijiet internazzjonali u sfidi globali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iqis li l-Asja Ċentrali hija reġjun ta’ interess strateġiku għall-UE f’termini ta’ sigurtà, konnettività, diversifikazzjoni tal-enerġija, riżoluzzjoni tal-kunflitti u difiża tal-ordni internazzjonali multilaterali bbażat fuq ir-regoli; jinnota li l-Użbekistan jinsab f’pożizzjoni unika biex ikun il-mutur għal kooperazzjoni reġjonali li tgħin lill-Asja Ċentrali ssir spazju ekonomiku u politiku aktar reżiljenti, prosperu u interkonness aktar mill-qrib; jilqa’ l-involviment tal-Użbekistan fil-pjattaforma C5+1; iħeġġeġ lill-UE tintensifika l-impenji politiċi, ekonomiċi u ta’ sigurtà tagħha mal-Asja Ċentrali f’konformità mal-importanza ġeostrateġika tagħha u f’konformità mal-valuri tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt li jirfdu l-azzjoni esterna tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal kbir ħafna ta’ kooperazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku dwar il-konnettività sostenibbli u diġitali, b’mod partikolari permezz tal-inizjattiva Global Gateway tagħha dwar l-enerġija, l-ilma u s-sigurtà, iżda anki permezz ta’ approċċ multidimensjonali biex jiġu diversifikati r-rotot kummerċjali, jitrawwem investiment privat akbar, tissaħħaħ il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija, il-kura tas-saħħa, il-produzzjoni industrijali u l-bini tal-kapaċitajiet, jiġu pprovduti taħriġ u edukazzjoni dwar l-impjiegi, u jitrawmu l-kuntatti bejn il-persuni; jissottolinja, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-programmi ta’ kooperazzjoni u djalogu tal-UE bħall-Ġestjoni tal-Fruntieri fl-Asja Ċentrali, il-Programm ta’ Azzjoni Kontra d-Droga fl-Asja Ċentrali u l-Infurzar tal-Liġi fl-Asja Ċentrali, li huma strumentali għall-kooperazzjoni f’dawn l-oqsma ta’ politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iqis li l-Istrateġija tal-UE tal-2019 dwar l-Asja Ċentrali jeħtieġ li tiġi aġġornata aktar sabiex tirrifletti l-konsegwenzi tad-diversi kriżijiet ġeopolitiċi reċenti, inkluża l-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, it-teħid ta’ kontroll tal-Afganistan mit-Taliban, l-ambizzjonijiet globali taċ-Ċina u l-bidliet politiċi fil-pajjiżi tal-viċinat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-implikazzjonijiet tagħha jikkostitwixxu kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet għall-Użbekistan u stati oħra tal-Asja Ċentrali, li tradizzjonalment żammew relazzjonijiet mill-qrib mar-Russja; jiddispjaċih li l-Użbekistan ma kkundannax l-invażjoni militari tal-Ukrajna mir-Russja u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jagħmlu dan b’mod ċar f’konformità mal-komunità internazzjonali; jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-ex Ministru tal-Affarijiet Barranin, Kamilov, tas-17 ta’ Marzu 2022 li fiha jitlob waqfien immedjat tal-ostilitajiet fl-Ukrajna filwaqt li jirrikonoxxi l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna; jinnota, fl-istess ħin, li l-awtoritajiet Użbeki ma rrikonoxxewx l-indipendenza tal-hekk imsejħa repubbliki ta’ Donetsk u Luhansk; jiddeplora l-fatt li l-Użbekistan astjena fil-votazzjonijiet dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-Ukrajna, b’mod partikolari dawk tat-2 ta’ Marzu 2022, tal-24 ta’ Marzu 2022 u tat-23 ta’ Frar 2023 li talbu t-tmiem tal-offensiva Russa u l-irtirar immedjat mill-Ukrajna; jiddispjaċih li l-Użbekistan oppona t-tkeċċija tar-Russja mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fis-7 ta’ April 2022; jiddispjaċih li l-President tal-Użbekistan attenda l-Parata tar-Rebħa tad-9 ta’ Mejju 2023 f’Moska;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota l-impenn tat-tmexxija politika tal-Użbekistan li ma tippermettix iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet imposti fuq ir-Russja u l-Belarussja u jesprimi t-tama li jonoraw dan l-impenn; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-11-il pakkett ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja jindirizza ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet permezz tal-Asja Ċentrali, peress li ż-żieda qawwija fil-kummerċ bejn il-pajjiżi f’dan ir-reġjun u l-Federazzjoni Russa mis-sena l-oħra tindika li jista’ jkun punt ta’ trażbord lejn ir-Russja u l-Belarussja ta’ oġġetti u teknoloġiji taħt sanzjoni; jitlob lill-UE tinvolvi ruħha mill-qrib mal-awtoritajiet dwar din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Gvern u l-poplu tal-Użbekistan ħadu r-responsabbiltà li jipprovdu ikel u assistenza medika lill-Ukrajna u jistedinhom ikomplu jipprovdu assistenza lill-Ukrajna fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; jilqa’, fid-dawl tal-impożizzjoni tal-lieva u tar-repressjoni tal-libertajiet fundamentali min-naħa tar-Russja, ir-rwol pożittiv tal-Użbekistan li jilqa’ għadd kbir ta’ ċittadini Russi li qed jaħarbu mir-Russja għal diversi raġunijiet politiċi; jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-Ambaxxata tal-Użbekistan f’Moska li kwalunkwe forma ta’ parteċipazzjoni f’attivitajiet militari fit-territorju ta’ pajjiżi barranin titqies bħala attività merċenarja, dikjarazzjoni li saret b’reazzjoni għall-appelli biex xi ċittadini Użbeki li jgħixu fir-Russja jingħaqdu mal-invażjoni attwali mhux provokata tal-Ukrajna mir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi l-prinċipji tal-politika barranija Użbeka ta’ astensjoni minn alleanzi militari, rifjut li jintbagħtu truppi lil hinn mit-territorji nazzjonali tiegħu jew li jiġu ospitati bażijiet militari barranin, u nuqqas ta’ intervent fl-affarijiet interni ta’ pajjiżi barranin; ifaħħar ir-rwol tal-Użbekistan fuq pjattaformi multilaterali, inklużi l-inizjattivi importanti tiegħu fil-qafas tan-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra għall-indirizzar ta’ kwistjonijiet reġjonali u globali kontemporanji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-istrateġija nazzjonali 2021-2026 tal-Użbekistan dwar il-ġlieda kontra l-estremiżmu u t-terroriżmu u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jesploraw kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, speċjalment fl-iżgurar li ma jkun hemm ebda konsegwenza tat-terroriżmu mill-Afganistan għar-reġjun usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrikonoxxi li hemm sfidi serji għall-involviment reġjonali fil-klima ġeopolitika u ta’ sigurtà attwali, b’mod partikolari bin-nuqqas ta’ rikonoxximent globali tal-gvern Taliban fl-Afganistan u l-impatt tas-sanzjonijiet internazzjonali fuq il-pjanijiet ekonomiċi u l-inizjattivi ta’ konnettività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota r-relazzjonijiet fit-tul u mill-qrib tal-Użbekistan mal-Afganistan, li komplew wara t-teħid ta’ kontroll mit-Taliban; ifaħħar l-isforzi tiegħu biex itaffi l-kriżi umanitarja gravi fil-pajjiż permezz tal-provvista ta’ elettriku u ta’ għajnuna umanitarja, b’mod partikolari lin-nisa u l-bniet Afgani, u permezz tal-istabbiliment, f’Ottubru 2021, taċ-Ċentru Reġjonali tal-Loġistika Umanitarja tal-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati f’Termez qrib il-fruntiera bejn l-Użbekistan u l-Afganistan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Użbekistan juża l-kuntatti tiegħu mat-Taliban b’mod kostruttiv biex jinsisti li d-drittijiet u l-umanità tan-nisa u l-bniet jiġu rispettati u, b’mod aktar ġenerali, biex jappella għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-Afgani kollha, inklużi l-minoranzi u l-persuni b’diżabilità, li huma kundizzjonijiet essenzjali għal involviment internazzjonali akbar mal-Afganistan, inkluż permezz tal-konnettività biex jiġu appoġġati d-drittijiet tal-bniedem u jiġu evitati l-effetti tar-radikalizzazzjoni reġjonali u l-migrazzjoni kkawżata mill-kunflitti; itenni l-kundanna qawwija tiegħu tad-deċiżjonijiet tat-Taliban li jipprojbixxu lin-nisa u l-bniet milli jattendu l-edukazzjoni sekondarja u universitarja u li jipprojbixxu l-impjieg ta’ nisa ma’ NGOs u man-Nazzjonijiet Uniti; jiddeplora l-fatt li l-persuni b’diżabilità għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni, servizzi limitati u nuqqas ta’ qafas leġiżlattiv jew istituzzjonali biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tagħhom fl-Afganistan jiġu rispettati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifaħħar lill-Użbekistan talli ospita rifuġjati mill-Afganistan u għal-laqgħat internazzjonali annwali dwar l-Afganistan mill-2019, li fihom ipparteċipaw firxa wiesgħa ta’ atturi u li pprovdew forum għal diskussjonijiet kostruttivi dwar l-istabbiltà reġjonali; jinnota, madankollu, li l-Użbekistan mhuwiex firmatarju tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rifuġjati tal-1951, u dan joħloq diffikultajiet għal soluzzjoni fit-tul għall-Afgani fl-Użbekistan; iħeġġeġ lill-Gvern Użbek jiffirma u jirratifika l-Konvenzjoni u jippermetti lil aktar rifuġjati Afgani jfittxu rifuġju jew jgħaddu mill-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-kollaborazzjoni bejn l-UE u l-Użbekistan biex it-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji li ġew imġiegħla jaħarbu mill-Afganistan jingħataw l-appoġġ tal-UNICEF, inkluż permezz ta’ edukazzjoni inklużiva, servizzi soċjali u għajnuna legali; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jikkollaboraw mal-Użbekistan biex jassistu lin-nisa li jippruvaw jaħarbu mill-Afganistan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim storiku tas-27 ta’ Jannar 2023 bejn l-Użbekistan u l-Kirgistan dwar id-delimitazzjoni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi, li jsolvi l-kwistjonijiet pendenti bejn iż-żewġ naħat u jikkompleta proċess li dam tletin sena; jilqa’ wkoll l-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ sħubija strateġika komprensiva bejn iż-żewġ pajjiżi; jilqa’ l-fatt li dawn il-ftehimiet se jikkontribwixxu wkoll għall-approfondiment ulterjuri tar-relazzjonijiet bilaterali u tal-kooperazzjoni, inkluż fis-setturi tal-kummerċ u tal-enerġija; jilqa’ wkoll il-ftehim tat-22 ta’ Diċembru 2022 bejn l-Użbekistan u l-Każakistan dwar id-demarkazzjoni tal-fruntiera statali bejn il-Każakistan u l-Użbekistan, li huwa r-riżultat ta’ 19-il sena ta’ negozjati; ifaħħar lill-Użbekistan talli kien kapaċi jsolvi kwistjonijiet kumplessi dwar l-użu tal-ilma, id-delimitazzjoni u t-tilwim dwar il-fruntieri mal-ġirien tiegħu, bħat-Taġikistan; jirrikonoxxi r-rwol strumentali tal-Użbekistan fit-trawwim ta’ rabtiet aktar mill-qrib mal-pajjiżi ġirien, inkluż il-Każakistan, permezz ta’ firxa ta’ proġetti ta’ konnettività; jenfasizza l-importanza tal-istabbiltà reġjonali u jħeġġeġ lill-partijiet kollha jidħlu fi djalogu kostruttiv biex isolvu kwalunkwe kunflitt potenzjali b’mod paċifiku u diplomatiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni mill-gvern Użbek tal-istrateġija għall-iżvilupp tas-settur tal-ilma 2020-2030 u l-isforzi tiegħu biex jimmobilizza l-appoġġ internazzjonali biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tat-tnixxif u s-salinizzazzjoni tal-Baħar Aral u l-kollass tal-ekosistema kollha tiegħu; jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni reġjonali u globali biex jinstabu soluzzjonijiet potenzjali, bħall-proġett imħabbar dan l-aħħar tas-Summit dwar il-Kultura tar-Reġjun tal-Baħar Aral, li se jlaqqa’ flimkien il-komunità lokali u internazzjonali u jippromwovi l-agrikoltura sostenibbli; jilqa’ l-fatt li l-UE u organizzazzjonijiet oħra huma involuti fit-titjib tas-sitwazzjoni ambjentali u soċjoekonomika fir-reġjun tal-Baħar Aral;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ r-rwol dejjem jikber tal-Użbekistan fid-diplomazija reġjonali dwar l-ilma u jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jassistu lill-Użbekistan fil-kooperazzjoni tiegħu mal-pajjiżi tal-viċinat tiegħu, b’mod partikolari mal-Każakistan u l-Kirgistan, kif ukoll jipprovdu lill-Użbekistan u lill-ġirien rilevanti tiegħu l-assistenza teknika u finanzjarja meħtieġa għar-restawr tal-ekosistemi kkollassati tal-Baħar Aral u l-baċir tiegħu billi jiżdied il-fluss tal-ilma sabiex titnaqqas is-salinità, jittejbu l-kanali tal-irrigazzjoni u tingħata għajnuna biex jiġu introdotti għelejjel li jeħtieġu inqas ilma u inqas prodotti tossiċi, fost miżuri oħra; jisħaq fuq l-importanza li jittejbu r-relazzjonijiet reġjonali fil-kuntest tal-ilma, peress li r-riċerka wriet li l-kriżi tal-ilma fl-Asja Ċentrali mhijiex ikkawżata minn nuqqas ta’ riżorsi totali tal-ilma iżda minn prattiki ta’ allokazzjoni tal-ilma; jenfasizza l-fatt li s-soluzzjoni tal-kunflitti, inklużi dawk li jikkonċernaw id-distribuzzjoni tal-ilma, hija kruċjali biex jinkisbu l-istabbiltà reġjonali fit-tul u l-SDGs;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt u s-soċjetà ċivili</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jikkundanna r-repressjoni u l-vjolenza kontra l-poplu Karakalpak u jiddispjaċih għat-telf ta’ ħajjiet matul il-protesti fir-Repubblika ta’ Karakalpakstan fl-1 u t-2 ta’ Lulju 2022; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Użbekistan joqogħdu lura milli jużaw forza sproporzjonata kontra dimostranti paċifiċi u jistabbilixxu investigazzjoni ġenwinament indipendenti, imparzjali u effikaċi dwar l-avvenimenti, inkluż dwar l-imwiet u dawk li ndarbu serjament u dwar l-azzjonijiet meħuda mill-forzi tas-sigurtà, inklużi l-armi li użaw; jinnota l-isforzi tal-awtoritajiet Użbeki biex jiftħu dawn il-proċessi għall-pubbliku u l-media, iżda jissottolinja l-importanza ta’ proċessi ġudizzjarji trasparenti bbażati fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-konvenuti u l-konformità ma’ prattika internazzjonali tajba; jilqa’ l-impenn tal-awtoritajiet Użbeki li jżommu l-istatus kostituzzjonali attwali tal-Karakalpakstan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Itenni l-importanza tad-dritt tan-nies għal-libertà tal-għaqda, id-dritt għal-libertà tal-assoċjazzjoni u d-dritt għal-libertà tal-kelma; jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti dwar l-allegazzjonijiet kollha ta’ tortura u trattament ħażin irrappurtati mill-konvenuti matul il-proċessi marbuta mal-protesti u mill-attivist u l-avukat Dauletmurat Tajimuratov, kif ukoll dwar il-mewt ta’ Polat Shamshetov li miet jiem wara li nstab ħati; jistieden lill-awtoritajiet Użbeki jiżguraw li d-detenuti u l-priġunieri jinżammu f’kundizzjonijiet konsistenti mar-rispett għad-dinjità umana tagħhom; jitlob li l-kundanni għall-konfoffi biex jinħataf il-poter billi jitħarbat l-ordni kostituzzjonali jiġu annullati, peress li d-dimostranti kienu qed jitolbu li l-kostituzzjoni tiġi rrispettata; jiddispjaċih li d-dimostranti ta’ Karalkalpak instabu ħatja u ġew ikkundannati għal sentenzi twal ta’ ħabs u jitlob il-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha, inklużi dawk arrestati matul il-protesti ta’ Karalkalpakstan, kif ukoll l-eluf ta’ persuni oħra fil-ħabs fuq akkużi politikament motivati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar rapporti ta’ repressjoni tranżnazzjonali mill-Użbekistan fil-konfornt tal-Karakalpaks mid-dijaspora wara l-protesti ta’ Lulju 2022, peress li l-attivisti Karakalpak ġew arrestati f’pajjiżi oħra jew ġew deportati bil-forza minn pajjiżi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jissottolinja r-rwol importanti li s-soċjetà ċivili jista’ jkollha fl-appoġġ ta’ riformi effettivi u inklużivi u governanza tajba; jiddispjaċih dwar l-ostakli sinifikanti għar-reġistrazzjoni tal-NGOs peress li diversi CSOs indipendenti ġew ripetutament miċħuda r-reġistrazzjoni għal raġunijiet li jidhru li huma politikament motivati; jiddispjaċih dwar l-obbligi imposti fuq l-NGOs li jirċievu finanzjament barrani mir-Regolament dwar il-Koordinazzjoni Bejn Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Mhux Kummerċjali u Awtoritajiet Pubbliċi fl-Implimentazzjoni ta’ Proġetti ta’ Għotjiet Internazzjonali, approvati bid-Digriet Nru 328 tal-Kabinett tal-Ministri tal-Użbekistan fit-13 ta’ Ġunju 2022, li jċekknu l-ispazju għall-attivitajiet tas-soċjetà ċivili u jimpedixxu l-eżerċizzju tal-libertà ta’ assoċjazzjoni; jissottolinja li l-ostaklu għar-reġistrazzjoni tal-NGOs jista’ jaffettwa wkoll ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Użbekistan, peress li l-leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta tal-UE u tal-Istati Membri tista’ tirrikjedi kapaċità ta’ monitoraġġ tal-NGOs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Gvern tal-Użbekistan jippermetti lill-organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-gruppi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, jirreġistraw fil-pajjiż u jwettqu l-attivitajiet tagħhom mingħajr indħil bla bżonn mill-Istat, kif ukoll jadotta kodiċi tal-NGOs f’konformità mal-istandards internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Użbeki jkomplu jagħmlu progress fil-konformità tagħhom mal-prinċipji relatati mal-istatus tal-istituzzjonijiet nazzjonali għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem (il-Prinċipji ta’ Pariġi);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar ir-rekord fqir tal-Użbekistan dwar id-demokrazija, il-libertà tal-media, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, kif irrappurtat mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jiddispjaċih li l-partiti tal-oppożizzjoni prattikament ma jitħallewx jiffunzjonaw fil-pajjiż u li l-minoranzi etniċi u reliġjużi spiss ma jkunux rappreżentati biżżejjed fl-istrutturi tal-istat u ssir diskriminazzjoni kontrihom; jistieden lill-Gvern Użbek jirrispetta l-libertà ta’ assoċjazzjoni kemm għall-NGOs kif ukoll għall-partiti politiċi; jiddispjaċih li minkejja xi titjib fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-tixħim, in-nepotiżmu u l-estorsjoni għadhom mifruxa fl-amministrazzjoni pubblika kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Gvern Użbek jerġa’ jibda r-riforma tal-Kodiċi Kriminali f’konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi tat-trattati tan-NU, b’mod partikolari biex jemenda l-artikoli relatati ma’ definizzjonijiet wiesgħa żżejjed ta’ reati kontra l-istat u l-estremiżmu, jirrevoka artikoli li jippermettu l-estensjoni arbitrarja tas-sentenzi ta’ priġunieri politiċi, jiddekriminalizza l-“malafama” u l-“insult”, inkluża l-kritika online tal-President, u jemenda d-definizzjoni ta’ tortura f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ kundizzjonalità tad-drittijiet tal-bniedem u jisħaq li l-finanzjament tal-UE għandu jkun kundizzjonali fuq it-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jissaħħu r-rwol u l-ħidma tal-Oliy Majlis sabiex tittejjeb is-sorveljanza parlamentari; jitlob li jsir titjib fil-kooperazzjoni interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew, b’mod partikolari l-Kumitat Parlamentari ta’ Kooperazzjoni, u l-Parlament Użbek dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni, bħat-titjib tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jikkundanna l-użu kontinwu rrappurtat ta’ tortura, trattament krudili u inuman fid-detenzjoni u fil-ħabsijiet fl-Użbekistan u jitlob li jiġu implimentati salvagwardji legali b’mod konsistenti u li jsiru investigazzjonijiet xierqa dwar ir-rapporti kollha ta’ tortura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar lejn ir-ratifika tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra u jħeġġeġ lill-awtoritajiet ilestu dan il-proċess mill-aktar fis possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ pluraliżmu tal-media fl-Użbekistan; jitlob li jiġu żgurati s-sostenibbiltà finanzjarja u l-indipendenza tal-istabbilimenti tal-media sabiex tiġi eliminata l-influwenza politika; jitlob li jkun hemm aktar trasparenza dwar is-sjieda tal-media bil-għan li jissaħħu l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-media; jinnota l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-media Użbeka kontra l-propaganda u d-diżinformazzjoni permezz tal-promozzjoni tal-media bil-lingwa Użbeka u programmi ta’ taħriġ diġitali, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jikkundanna kwalunkwe theddid kontra l-ġurnalisti u l-bloggers u jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-ġurnalisti, il-bloggers indipendenti, il-produtturi tal-kontenut u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tagħhom mill-vjolenza, il-fastidju, id-detenzjoni bla bażi, il-pressjoni, it-theddid kontrihom u l-familji tagħhom u t-tortura u jinvestigaw kwalunkwe attakk kontrihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jikkundanna l-arresti u l-persekuzzjoni reċenti ta’ ġurnalisti akkużati li pparteċipaw fil-protesti ta’ Lulju 2022 u l-kundanna ta’ Dauletmurat Tajimuratov; jitlob li jinħelsu ġurnalisti, bloggers indipendenti, kritiċi tal-gvern u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk mill-Karakalpakstan, li ttellgħu l-qorti minħabba xogħolhom; jinnota, f’dan ir-rigward, il-każijiet speċifiċi tal-bloggers Otabek Sattoriy, Miraziz Bazarov u Fazilkhoja Arifkhojayev, kif ukoll tal-ġurnalista Karakalpaka Lolagul Kallykhanova u oħrajn, inklużi Sobirjon Babaniyazov u Valijon Kalonov;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-abbozz ta’ kodiċi ta’ informazzjoni propost mill-Aġenzija għall-Komunikazzjoni tal-Informazzjoni u tal-Massa tal-Użbekistan u ppubblikat f’nofs Diċembru 2022, li, jekk jiġi adottat, joħloq theddida serja għal-libertà tal-espressjoni u għad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, u jitlob li jiġi rtirat; ifakkar lill-awtoritajiet fl-importanza li jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni, kemm online kif ukoll offline, il-libertà tal-għaqda, il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-indipendenza tal-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li ma jiġux limitati jew imblukkati s-siti web u jistieden lill-gvern jiżgura li kwalunkwe restrizzjoni tkun strettament limitata għal każijiet fejn tali limitazzjoni tkun konformi mal-istandards internazzjonali, tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u trasparenti definiti fil-liġi, u tkun speċifika għall-kontenut, filwaqt li jiżgura li l-pubbliku jkun infurmat kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jistieden lill-gvern jipproteġi d-dritt għal-libertà tar-reliġjon u jemenda l-Liġi tar-Reliġjon tal-2021 f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mir-Rapporteur Speċjali preċedenti tan-NU dwar il-Libertà ta’ Reliġjon jew Twemmin f’rapport tad-29 ta’ Marzu 2023, li jinnota li d-definizzjonijiet ta’ estremiżmu u terroriżmu huma vagi u wesgħin iżżejjed, li jwasslu għal detenzjoni arbitrarja u restrizzjonijiet bla bżonn għad-dritt tal-libertà ta’ reliġjon jew twemmin; jirrakkomanda li d-dispożizzjonijiet legali relatati jiġu abbozzati b’mod ristrett u preċiż; jiddeplora l-persekuzzjoni reliġjuża u jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Bobirjon Tukhtamurodov, Oybek Khamidov, Khasan Abdirakhimov u Alimardon Sultonov; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Użbeki jipproteġu l-persuni li kkonvertew għall-Kristjaneżimu li jinsabu f’riskju ta’ attakk fiżiku, ħtif u żwieġ furzat mill-familji u l-komunità tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Użbeki jieħdu passi biex jirriabilitaw lill-vittmi ta’ detenzjoni inġusta u jirrimedjaw id-dannu kkawżat lilhom, inkluż billi jannullaw il-kundanni tagħhom, jirrikonoxxuhom u jikkumpensawhom għall-ħsara li tkun saret u jipprovdu assistenza bħal kura medika u psikoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li, minkejja l-adozzjoni ta’ liġijiet preċedenti, inkluża l-Liġi tal-2019 dwar il-Protezzjoni tan-Nisa mill-Fastidju u l-Vjolenza, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa għadha mifruxa; jilqa’ l-abbozz ta’ liġi dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, li jkopri wkoll il-vjolenza domestika u l-abbuż sesswali tal-minorenni, adottat mis-Senat Użbek fis-6 ta’ April 2023 u ffirmat mill-President Mirziyoyev fl-11 ta’ April 2023, bħala pass sinifikanti lejn il-kriminalizzazzjoni sħiħa tal-vjolenza domestika f’konformità mal-istandards internazzjonali; jirrikonoxxi, f’dan ir-rigward, is-snin ta’ promozzjoni mmexxija mill-attivisti tad-drittijiet tan-nisa Użbeki; jitlob li l-liġijiet kollha dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru jiġu implimentati u infurzati b’mod effettiv mill-awtoritajiet fir-reġjuni kollha tal-Użbekistan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet ikomplu jieħdu miżuri biex iġibu lill-Użbekistan konformi għalkollox mal-obbligi tiegħu skont il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, kif indikat fl-osservazzjonijiet konklużivi dwar is-sitt rapport perjodiku tal-Użbekistan mill-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa; jistieden lill-awtoritajiet Użbeki jkolmplu jaħdmu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab lokali u internazzjonali biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet; jistenna li l-awtoritajiet Użbeki jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tal-edukazzjoni, fuq il-post tax-xogħol u fl-amministrazzjoni pubblika kollha kemm hi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jenfasizza li l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa fil-ħajja pubblika u politika, speċjalment fil-livelli għolja u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, għandha tiġi ffaċilitata permezz ta’ inizjattivi legali, istituzzjonali u edukattivi komprensivi u li l-partiti politiċi għandhom jiġu mħeġġa jiffaċilitaw l-avvanz politiku tan-nisa, iżidu l-viżibbiltà tan-nisa matul il-kampanji elettorali u jintegraw il-kwistjonijiet tal-ġeneru fil-pjattaformi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet iżidu l-isforzi biex iwaqqfu ż-żwieġ tat-tfal fl-Użbekistan u jistieden lill-Gvern tal-Użbekistan jagħmel aktar biex itemm il-prattika tiegħu fil-pajjiż u jipproteġi d-drittijiet tal-bniet u s-subien, inkluż id-dritt għall-edukazzjoni għall-bniet u n-nisa; jistenna li l-awtoritajiet Użbeki jiżguraw opportunitajiet u aċċess ugwali għall-edukazzjoni għall-istudenti kollha fl-Użbekistan, irrispettivament mill-oriġini jew l-istatus soċjoekonomiku tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi possibbli, il-fatt li r-relazzjonijiet sesswali kunsenswali bejn l-irġiel għadhom kriminalizzati u huwa inkwetat ferm dwar il-prevalenza tal-intimidazzjoni, il-fastidju, il-vjolenza u l-istigma kontra l-persuni LGBTIQ fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Użbekistan jiddekriminalizzaw l-imġiba sesswali bejn persuni tal-istess sess billi jħassru l-Artikolu 120 tal-Kodiċi Kriminali, f’konformità mal-ICCPR, jiżguraw is-sigurtà, il-privatezza u n-nondiskriminazzjoni tal-persuni LGBTIQ fl-Użbekistan u jadottaw liġi komprensiva kontra d-diskriminazzjoni li tinkludi l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru bħala kwistjonijiet protetti; jistieden lill-gvern jirrevedi l-pjanijiet għal digriet ġdid, proposti f’Awwissu 2022, li jirrikjedi eżamijiet mediċi obbligatorji tal-hekk imsejħa gruppi perikolużi, jiġifieri rġiel li jkollhom relazzjonijiet sesswali ma’ rġiel oħra, ħaddiema fil-qasam tas-sess u persuni li jużaw id-droga, sabiex jagħmlu testijiet għall-HIV;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni settorjali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Użbekistan li jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 u jħeġġeġ lill-pajjiż, bħala l-produttur ewlieni tal-elettriku fl-Asja Ċentrali, biex jipprijoritizza soluzzjonijiet tal-enerġija sostenibbli għall-benefiċċju fit-tul tar-reġjun; jistieden lill-Użbekistan ikompli u jżid il-programmi ta’ tranżizzjoni ekoloġika tiegħu f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, li l-Użbekistan huwa parti għalih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jieħu nota tal-potenzjal tar-riżorsi naturali tal-Użbekistan fid-diversifikazzjoni tal-enerġija tal-UE fil-kuntest ta’ sħubijiet sostenibbli, waqt li fl-istess ħin jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-UE fil-finanzjament tar-riformi settorjali tal-Użbekistan, fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika tiegħu u fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu; iqis li, abbażi tal-Memorandum ta’ Qbil bejn l-UE u l-Użbekistan u l-konsultazzjonijiet bilaterali, iż-żewġ partijiet qed jistinkaw biex itejbu s-sigurtà enerġetika u ambjentali tagħhom; jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, dwar il-vantaġġi mogħtija lill-kumpaniji statali Russi u lill-persuni politiċi privileġġati Russi li jibbenefikaw mis-settur tal-gass fl-Użbekistan u t-tentattivi tar-Russja li tikseb vantaġġi politiċi permezz tal-provvista tal-gass;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jżidu l-isforzi biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-Użbekistan f’konformità mal-SDGs u sabiex jiġu evitati kriżijiet futuri kkawżati minn nuqqasijiet ta’ fjuwils fossili; jilqa’ l-proġetti ta’ suċċess tal-Programm ta’ Żvilupp tan-NU li żviluppaw djar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-Użbekistan li rreżistew il-kriżi tal-enerġija u jistieden lill-awtoritajiet Użbeki jikkontribwixxu għall-espansjoni ta’ dawn l-isforzi u jestenduhom ukoll għall-istokk ta’ djar eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza l-istudju dwar il-kurituri tat-trasport sostenibbli li jgħaqqdu l-Ewropa mal-Asja Ċentrali, li ġie varat fi tmiem l-2021 u li qed jiġi implimentat mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u li għandu l-għan li jidentifika l-aktar kurituri tat-trasport sostenibbli u jipproponi azzjonijiet ewlenin għall-iżvilupp tal-kurituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Ifaħħar il-programm ERASMUS+ u l-Pjan ta’ Azzjoni għaż-Żgħażagħ fl-azzjoni esterna tal-UE u jenfasizza l-importanza tal-kuntatti bejn il-persuni, b’mod partikolari bejn iż-żgħażagħ matul l-edukazzjoni tagħhom, u jistieden lill-UE u lill-Użbekistan jagħmlu sforz akbar u jipprovdu appoġġ għall-espansjoni ta’ dawn il-kuntatti u l-iskambji bejn l-UE u l-Użbekistan, għall-benefiċċju taż-żewġ naħat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-relazzjonijiet kummerċjali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jilqa’ t-tmiem b’suċċess tan-negozjati dwar il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Użbekistan u jistenna li dan il-ftehim jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ulterjuri tal-Użbekistan fis-sistema kummerċjali multilaterali, isaħħaħ il-mekkaniżmi tal-ekonomija tas-suq u jżid il-fiduċja tal-investituri barranin; jemmen li l-ftehim se jiżgura ambjent regolatorju aħjar għall-operaturi ekonomiċi f’oqsma bħall-kummerċ tal-oġġetti u s-servizzi, l-intrapriżi tal-istat, l-akkwist u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; ifakkar li l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, l-implimentazzjoni ta’ valuri kondiviżi u l-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett għal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet soċjali huma l-bażi ewlenija għall-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Użbekistan, li jsawwar relazzjonijiet bilaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi li għamel l-Użbekistan biex jimplimenta l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b’mod partikolari fir-rigward tal-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat fis-settur tal-qoton; jissottolinja l-ħtieġa ta’ sforzi kontinwi f’dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Gvern Użbek jaħdem biex jiżgura pagi ġusti għall-ħaddiema tal-qoton; jirrikonoxxi l-adozzjoni tal-Kodiċi tax-Xogħol il-ġdid tal-Użbekistan, li daħal fis-seħħ fit-30 ta’ April 2023 u li jintroduċi innovazzjonijiet fir-relazzjonijiet tax-xogħol u fir-riżoluzzjoni tat-tilwim; iħeġġeġ lill-Gvern Użbek jagħmel id-data dwar it-tħaddim tat-tfal aktar trasparenti għall-partijiet ikkonċernati kollha u jippermetti r-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ xogħol furzat, tħaddim tat-tfal u sfruttament; jistieden lill-Użbekistan jintroduċi riformi usa’ biex jagħti s-setgħa lis-soċjetà ċivili u jiżviluppa istituzzjonijiet effettivi sabiex jiżgura trasparenza u obbligu ta’ rendikont u jikkonsolida l-progress fil-partijiet kollha tas-settur tal-qoton;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza strateġika dejjem tikber tal-Asja Ċentrali u r-rwol ewlieni li l-Użbekistan għandu fil-kooperazzjoni u l-konnettività reġjonali, b’mod partikolari bħala parti mill-Inizjattiva Global Gateway; jemmen li, skont il-politika tal-Kummissjoni ta’ awtonomija strateġika miftuħa, ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista se tissaħħaħ billi jiġi stabbilit network ta’ partijiet ikkonċernati fdati bbażat fuq attivitajiet ekonomiċi sostenibbli u ta’ benefiċċju reċiproku, kif ukoll fuq skambji diplomatiċi regolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jisħaq li l-UE u l-Użbekistan għandhom jużaw il-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali tagħhom biex jiddiversifikaw b’mod attiv l-industriji tal-Użbekistan ħalli jappoġġaw tranżizzjoni aċċellerata lejn l-enerġija rinnovabbli u jżidu l-isforzi biex jiggarantixxu l-effiċjenza enerġetika skont il-Ftehim ta’ Pariġi u jtejbu l-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija fl-Asja Ċentrali ma’ dawk tal-pajjiżi ġirien u tal-UE billi jinħolqu sinerġiji bejn id-diversi strateġiji tal-politika tal-enerġija u proġetti infrastrutturali fir-reġjun, f’konformità man-negozjati fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-istabbiliment ta’ regoli u kriterji għall-kollegament tal-kummerċ, il-klima u l-ambjent; ifakkar li dan għandu jkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini billi jtaffi l-faqar enerġetiku, jiggarantixxi tranżizzjoni ġusta lejn emissjonijiet żero sal-2050 u jistabbilixxi, sa dik id-data, reġjun tal-Asja Ċentrali li jkun newtrali għall-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isfidi li l-Użbekistan qed jiffaċċja fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeopolitika attwali, hekk kif il-gvern tiegħu qed jipprova jiddiversifika d-dipendenzi ekonomiċi u kummerċjali tiegħu fuq ir-Russja u qed ifittex li jinkoraġġixxi kooperazzjoni akbar mas-sħab Ewropej tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jisħaq li l-konnettività u l-kooperazzjoni fir-reġjun għandhom jappoġġaw, b’mod kumpless u komprensiv, sforzi msaħħa mill-ġdid taħt il-Pjattaforma UE-Asja Ċentrali dwar l-Ambjent u l-Kooperazzjoni fl-Ilma; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza tal-prinċipji tas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali waqt l-estrazzjoni jew l-ipproċessar tar-riżorsi naturali; itenni li huwa għalhekk kruċjali li d-dħul mir-riżorsi naturali jiġi investit mill-ġdid għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Użbekistan u jiġi żgurat li l-pajjiż u l-ġirien tiegħu jsiru reżiljenti għal sfidi globali u reġjonali futuri, billi jippermettu l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU bis-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha; jemmen li dan huwa kruċjali biex jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ ekonomiji ċirkolari sostenibbli fil-pajjiż u fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jisħaq li l-Użbekistan għandu wkoll rwol kruċjali fis-sigurtà reġjonali u l-istabbiltà ekonomika, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, il-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni dwar ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-assistenza possibbli tal-Użbekistan lir-Russja, peress li dan jista’ jkun qed jgħin lir-Russja tevita s-sanzjonijiet kummerċjali imposti mill-UE; jitlob monitoraġġ bir-reqqa tas-sitwazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Itenni l-importanza tas-sħubija tal-Użbekistan fl-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi Plus (SĠP+), li tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u tagħti riżultati pożittivi ħafna (l-esportazzjonijiet lejn l-UE żdiedu b’34 % fl-2021); jirrikonoxxi li meta jiġi aċċettat l-Użbekistan bħala benefiċjarju tas-SĠP+, dan jirrifletti r-rikonoxximent tar-riformi mwettqa mill-Gvern Użbek; jinnota li, minkejja l-progress li għamel l-Użbekistan f’dawn l-aħħar snin, għad hemm għadd ta’ tħassib rigward l-implimentazzjoni effettiva tas-27 konvenzjoni internazzjonali ewlenija; itenni l-ħtieġa ta’ implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet, kif ukoll konformità mal-obbligi ta’ rapportar skont l-iskema SĠP+; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa u timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni effettiva tas-27 konvenzjoni internazzjonali ewlenin kollha skont is-SĠP+ dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, ir-regolamenti ambjentali u l-prinċipji ta’ governanza tajba; jappella għal kooperazzjoni mal-Użbekistan biex jiġu żviluppati proċeduri doganali effiċjenti u affidabbli li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni amministrattiva, li se jikkontribwixxu b’mod pożittiv biex jiżdiedu l-flussi kummerċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jisħaq li, minkejja l-progress fl-eliminazzjoni tax-xogħol furzat, il-kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena u l-pagi baxxi, u l-progress fir-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-ħaddiema u r-rikonoxximent tal-libertà ta’ assoċjazzjoni, inkluż id-dritt li jiġu stabbiliti tradeunions indipendenti, għad hemm problemi kbar fl-Użbekistan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li l-Użbekistan jista’ jkollu rwol importanti fid-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista reġjonali u globali billi jwassal minerali u metalli għall-benefiċċju tal-industriji domestiċi, reġjonali u internazzjonali, inklużi l-industriji tal-UE, billi jiżgura li s-sħubija u l-kooperazzjoni teknoloġika reċiproka jkunu parametri referenzjarji u appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jisħaq li, minħabba n-nuqqas ta’ aċċess dirett għall-portijiet marittimi, l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-kurituri loġistiċi, b’mod partikolari r-Rotta tat-Trasport Internazzjonali Trans-Kaspju, huma ta’ importanza kruċjali biex isir il-kummerċ u biex l-Użbekistan ikun konness mas-swieq ta’ sħab kummerċjali potenzjali; jinnota li konnessjonijiet u networks effiċjenti u sostenibbli bejn l-Ewropa u l-Asja Ċentrali permezz ta’ kurituri tat-trasport prijoritarji, inkluż it-trasport bl-ajru, bil-baħar u fuq l-art, kif ukoll networks diġitali, interpersonali u tal-enerġija, se jżidu l-flussi kummerċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment tal-ewwel trade union indipendenti fl-Użbekistan fis-settur tal-qoton; jistieden lill-awtoritajiet Użbeki jippromwovu, f’konformità mal-konvenzjonijiet tal-ILO ratifikati mill-Użbekistan, l-istabbiliment ta’ tradeunions indipendenti u alternattivi fis-setturi kollha tal-ekonomija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Użbeki jirratifikaw il-Konvenzjoni 155 tal-ILO dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jappella għall-kooperazzjoni u l-appoġġ tal-UE għall-iżvilupp ekoloġiku u l-esplorazzjoni ulterjuri tal-potenzjal tal-Użbekistan biex jibni relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-UE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Użbekistan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>